Depiro ta’ taħt is-sittax –il sena rġiel Champions

Depiro-under-16-champions1-300x224

Posted By Sportinmalta On May 19, 2012

minn Colin Schembri

Depiro komplew iżidu mas-suċċessi li kisbu dan l-istaġun fil-kategoriji taż-żgħażagħ meta rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-sittax –il sena ta’ l-irġiel. Depiro taħt it-tmexxija tal-coach Joey Vella kellhom rebħa sabiħa fil-finali kontra Hibernians f’partita li għal darb’oħra ġibdet attendenza sabiħa fil-padiljun f’Ta’ Qali. F’dan il-kampjonat kienet użata s-sistema tal-final 4 fejn l-ewwel erba’ timijiet lagħbu kontra xulxin f’weekend wieħed. Fis-semifinali, Hibs li spiċċaw l-istaġun regolari fl-ewwel post għelbu lil Athleta 86-52 fil-waqt li Depiro għelbu lil Loyola 63-56. Fil-finali, kienu Depiro li bdew tajjeb grazzi wkoll għat-three pointers tagħhom biex f’nofs l-ewwel sessjoni kienu 9-4 minn fuq. Hibs għalqu s-sessjoni bi break ta’ 6-1 biex naqqsu d-distakk għal basket 11-13. Depiro ddominaw it-tieni perjodu li bdewh bi tlett baskets mingħajr risposta. Hibs sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti tant li Depiro għamlu break ta’ 12-0 biex daħlu jistrieħu 16 minn fuq 36-20. Hibs bdew aħjar fit-tielet sessjoni u għamlu break ta’ 6-2 pero’ Depiro malajr reġgħu wieġbu għal skor ta’ 44-28 sas-sitt minuta. Hibs għamlu sforz ieħor bi break ta’ 9-3 biex it-tielet sessjoni ntemmet bid-Depiro jkollhom 12 –il punt vantaġġ 49-37. Fl-aħħar perjodu Hibs naqqsu d-distakk għal 9 punti pero minkejja three pointers ta’ Simon Attard, ma rnexxielhomx isalvaw il-partita biex Depiro rebħu l-partita 62-54. Fi tmiem il-partita l-Viċi President tal-MBA s-Sur Ivan Micallef ppreżenta t-tazza lil captain ta’ Depiro Nick Grech.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com