McDonalds Depiro bit-tieni unur ta’ l-istaġun – 2011

Detur Super Cup winners 2010/11

Posted By Sportinmalta On February 28, 2011

minn Colin Schembri

DETUR SUPER CUP NISA

Hibs Medsea 41

McDonalds Depiro 43

(12-9)(6-10)(12-15)(11-9)

Detur Super Cup winners 2010/11

Detur SuperCup winners 2010/11

McDonalds Depiro rebħu t-tieni unur ta’ l-istaġun meta wara finali kumbattuta kontra Hibs Medsea rebħu d-Detur Super Cup 43-41. Għal Depiro dan kien is-sitt suċċess f’din il-kompetizzjoni bl-aħħar wieħed ikun fl-istaġun 2008/09. Iż-żewġ timijiet ppreżentaw l-istess formazzjoni l-istess formazzjoni tal-aħħar partiti. Kif mistenni l-partita damet ma ddekolat u wara li fl-ewwel minuta Kaila Agius fetħet l-iskor għal Depiro kellna nistennew sal-ħames minuta għar-risposta ta’ Hibs. Din ġiet b’run ta’ 6-0 bil-punti ta’ Kristen Baldacchino u Joselle Cardona. Depiro dawwru l-iskor wara break ta’ 7-0 pero’ kienu Hibs li temmew is-sessjoni fuq quddiem 12-9 wara punti ta’ Elena Cassar. Fit-tieni sessjoni r-ritmu baqa’ l-istess u fir-raba’ minuta basket ta’ Maria Desira ta vantaġġ ta’ 5 punti lil Hibs 18-13. Il-punti reġgħu waqfu sal-aħħar minuta meta Depiro feġġew fuq quddiem b’baskets ta’ Francesca Biancho u Svetlana Micallef 19-18. Depiro lagħbu għal ħin twil f’din is-sessjoni mingħajr Agius li fit-tieni minuta għamlet it-tielet foul tagħha.

Hibs vs McDonalds Depiro - Detur Super Cup 2010/11

Hibs vs McDonalds Depiro - Detur Super Cup 2010/11

Depiro kabbru l-vantaġġ fit-tielet sessjoni wara basket ta’ Agius u trippla ta’ Sarah Pace. Minkejja li Hibs baqgħu jirrispondu bil-punti ta’ Baldacchino u Cardona, Depiro komplew igawdu vantaġġ ta’ 4 punti fi tmiem is-sessjoni 34-30 wara basket fl-aħħar sekonda minn Antoinette Borg. It-tensjoni laħqet il-qofol tagħha fl-aħħar sessjoni fejn fit-tmien minuta trippla ta’ Borg tat vantaġġ ta’ 8 punti lil Depiro 40-32. Bejn is-seba’ u d-disa’ minuta l-aħħar sforz tac-champions wassalhom sa punt minn taħt 41-42. Wara trippla ta’ Baldacchino u basket minn Lucienne Bezzina. Depiro żammew il-pusess tal-ballun wara freethrow ta’ Pace biex rebħu l-partita 43-41. Fi tmiem il-partita s-Sur Sinam Onem f’isem Detur ippreżenta t-trofew lil Edwina Vella fost il-ferħ tal-partitarji ta’ Depiro.

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar 4, M. Zammit, L. Bezzina 2, F. Tabone, M. Desira 4, D. Micallef 6, N. Arrigo, K. Baldacchino 9, J. Cardona 16, C. Schiavone.

McDonalds Depiro: S. Pace 6, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho 6, J. Busuttil Gaerty, A. Borg 8, C. Sammut, E. Vella 4, S. Micallef 4, K. Agius 15.

Referees: Jean Paul Sammut, Clive Terribile.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com