McDonalds Depiro jirbħu l-Bank of Valletta knock-out – 2011

BOV Knock Out Winners 2011

Posted By Sportinmalta On April 11, 2011

minn Colin Schembri

Bank of Valletta knock-out NISA’

McDonalds Depiro 48

Hibs Medsea 32

(6-7)(8-6)(20-9)(14-10)

BOV Knock Out Winners 2011

L-unur tal-Bank of Valleta knock-out tan-nisa ntrebaħ minn McDonalds Depiro li għelbu lil Hibs Medsea 48-32 biex rebħu dan l-unur għat-tieni darba wara s-suċċess tal-2008. Depiro urew karattru biex rebħu din il-partita minkejja li tilfu għal kollox lil Kaila Agius li baqgħet il-Kanada. Ħafna iktar kien mistenni mic-champions u l-holders Hibs Medsea li pero’ ma setgħux isibu tarf tad-difiża ta’ Depiro. Il-punti fl-ewwel żewġ sessjonijiet kienu skarsi għall-aħħar. Fl-ewwel erba’ minuti Hibs kienu 5-4 minn fuq. Fis-sitt minuta Hibs żiedu l-vantaġġ b’basket ta’ Joselle Cardona u Depiro wieġbu fid-disa’ minuta b’basket ta’ Francesca Biancho għal skor baxx ta’ 7-6. Fit-tieni perjodu l-affarijiet ma tantx inbidlu u wara basket ta’ Elena Cassar għal Hibs, Depiro wieġbu b’żewġ trippli min Greta Zarb u Biancho u marru 12-9 minn fuq. Qabel il-mistrieħ kien hemm basket fuq kull naħa wara li iktar qabel Doreen Micallef kienet naqqset l-iskor għal Hibs biex Depiro kellhom punt vantaġġ fil-halftime 14-13.

Fit-tielet sessjoni, Depiro wrew progress fil-waqt li Hibs baqgħu jsibu diffikultajiet kbar. Depiro kabbru l-vantaġġ bi trippli ta’ Antoinette Borg u Justine Busuttil Gaerty 23-18. Ftit kien hemm ċans għal Hibs li jirkupraw hekk kif fl-aħħar tlett minuti Depiro għamlu run ta’ 11-3 b’iktar trippli minn Sarah Pace u Busuttil Gaerty biex fetħu vantaġġ ta’ 12-il punt 34-22. Fl-aħħar perjodu Hibs naqqsu d-distakk għal 9 punti 26-35 pero’ Depiro reġgħu ġew f’tagħhom b’run ta’ 8-2. Depiro issa setgħu jibdew jiċċelebraw ir-rebħ tat-tieni unir tagħhom dan l-istaġun fuq skor ta’ 48-32. Fi tmiem il-partita s-Sur Charles Azzopardi Marketing Manager tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew lil captain ta’ Depiro Edwina Vella.

McDonalds Depiro: S. Pace 9, G. Zarb 6, J. Xuereb, A. Mifsud, F. Biancho 9, J. Busuttil Gaerty 8, A. Borg 14, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 4.

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar 4, M. Zammit, L. Bezzina 8,  F. Tabone 1, M. Desira 3, D. Micallef 7, N. Arrigo, K. Baldacchino, J. Cardona 9.

Referees: Alfred Carbonaro, Luke Camilleri

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com