Ic-champions Pavi Depiro jerbħu t-tieni edizzjoni

sportinmalta logo flat

Posted By sportinmalta1 On September 30, 2013

ST. JAMES HOSPITAL PRE-SEASON TOURNAMENT – NISA

minn Colin Schembri

It-tieni edizzjoni tas-St. James Hospital pre-season tournament tan-nisa fetħet l-istaġun fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u kienu Pavu Depiro li finalment rebħu dan l-unur biex bdew l-istaġun fuq nota posittiva ftit xhur wara li rebħu l-kampjonat. Għal din il-kompetizzjoni li ntlagħbet b’żewġ sessjonijiet ta’ 15 –il minuta mingħajr waqfien diversi it-timijiet ippreżentaw għall-ewwel darba l-players barranin tagħhom flimkien ma’ uħud mill-akkwisti l-ġodda.

Depiro, Cafe Moak Luxol u Hiney Atheta għandhom player Amerikana ġdida. Dawn huma Jocelyn Peterkin ta’ Depiro, Patricia Bright ta’ Luxol u Celestra Morrison ta’ Athleta. Għal Phoenix Petrus Pizza Loyola kien hemm id-debutt tal-player mis-Serbja Yovana Stancic fil-waqt li Hibernians u u Starlites ħadu sehem bi players Maltin biss. Kważi t-teamijiet kollha għandhom coaches ġodda hekk kif huwa biss Duncan Cilia li żamm posthu fuq il-bank ta’ Phoenix. Depiro għandhom lil Gabriele Alesse, Luxol issa għandhom lil Sandro Farrugia u Alex Farrugia huwa l-coach ta’ Starlites. Ruth Spiteri u Winnie Buhagiar huma l-coaches ġodda ta’ Athleta u Hibs rispettivament.

Fost il-players li għamlu d-debutt ma’ club ġdid insibu lil Steffi De Martino li rritornat ma’ Luxol fil-waqt li Antoinette Borg irritornat ma’ Depiro. Jean Doughty idebuttat ma’ Hibs, Sammy Jo Barbara ma’ Athleta u Abigail Sciberras u Francesca Camilleri ma’ Phoenix.

Fl-ewwel ġurnata ntlagħbet il-fażi preliminari fejn is-sitt timijiet kienu mqassma f’żewġ gruppi. Fi Grupp 1 kien hemm Depiro, Athleta u Phoenix fil-waqt li fi Grupp 2 kien hemm Luxol, Hibs u Starlites. Ir-riżultati kollha tal-ewwel fażi kienu dawn:

Pavi Depiro 34 Phoenix Petrus Pizza Loyola 22

Hibs 23 Starlites Sports Experience 9

Honey Athleta 17 Pavi Depiro 28

Starlites Sports Experience  26 Caffe Moak Luxol 38

Phoenix Petrus Pizza Loyola 16 Honey Athleta 34

Caffe Moak Luxol 26 Hibs 32

It-tieni fażi bdiet biż-żewġ semifinali fejn fl-ewwel waħda kellna repetizzjoni tal-finali tal-kampjonat tal-istaġun li għadda bejn Pavi Depiro u Caffe Moak Luxol. Minkejja li Luxol temmew l-ewwel sessjoni minn fuq 19-14, Depiro kienu superjuri wara l-intervall bi break qawwi ta’ 14-2 fosthom trippla ta’ Samantha Brincat biex rebħu l-partita 31-24. Fit-tieni semifinali Honey Athleta għelbu lil Hibs 30-16 biex waslu sal-ewwel finali tagħhom. Hibs kellhom l-aħjar bidu u marru fuq quddiem 10-2 pero Athleta għamlu run ta’ 12-0 biex daħlu jistrieħu 4 minn fuq 14-10. Fit-tieni taqsima l-punti ġew bil-mod fl-ewwel ħames minuti qabel ma Athleta serrħu rashom mir-riżultat bi break ieħor ta’ 10-0 biex rebħu l-partita.

Fil-partita għal-ħames u s-sitt post bejn Phoenix u Starlites rat lil Phoenix jiksbu l-ewwel rebħa tat-tournament  37-29. Luxol pattew għat-telfa kontra Hibs il-ġurnata ta’ qabel meta fil-partita għat-tielet post ħarġu rebbieħa 35-25.

Fil-finali bejn Depiro u Athleta li wkoll kienet b’żewġ sessjonijiet ta’ 15 –il minuta, ‘l waħda, kienu Depiro li ħarġu rebbieħa 24-16 f’partita kkontrollata minn Emanuel Mangani u Luke Camilleri. Fl-ewwel sessjoni l-punti kien nieqsa ferm tant li ntemmet bi skor baxx ta’ 9-1. Fit-tieni sessjoni il-partita tjiebet xi ftit u Athleta resqu xi ftit viċin 10-15 fit-tmien minuta. Depiro wieġbu b’basket minn Joceyln Peterkin u three pointer ta’ Beverlee Zammit biex reġgħu kabbru l-vantaġġ 20-10. Sa’ tmiem il-partita Athleta ma rnexxielhomx jerġgħu inaqqsu d-distakk biex Depiro rebħu l-partita 24-16. Fi tmiem il-partita Paul Sultana President tal-MBA ppreżenta t-trofew lil Samantha Brincat, captain ta’ Depiro.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com