Pavi Depiro Champions tal-basketball tan-nisa – 2013

Depiro Women Champions 2012-13

 

Depiro Women Champions 2012-13 Posted By sportinmalta

 KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA FINALI

minn Colin Schembri

Luxol 58

Pavi Depiro 72

(16-16)(18-12)(6-22(18-22)

Pavi Depiro huma c-champions il-ġodda tal-basketball femminili wara li għelbu lic-champions renjanti Luxol 72-58 fil-ħames partita tal-kampjonat St. James Hospital. Depiro rritornaw għar-rebħ tat-titlu wara nuqqas ta’seba’ staġuni hekk kif bejn l-istaġun 2001/02 u l-istaġun 2004/05 huma kienu rebħu erba’ kampjonati konsekuttivi. Luxol ċedew it-titlu li rebħu fl-aħħar sentejn però xorta temmew l-istaġun b’erba’ unuri. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ wara baskets minn Latisha Belcher u Francesca Biancho 6-2. Hawn Luxol irkupraw u bi break ta’ 8-0 marru 10-6 minn fuq fis-seba’ minuta. Belcher ħalliet lil Depiro viċin u wara li Steffi De Martino poġġiethom fuq quddiem, freethrow ta’ Mollie Williams għalaq is-sessjoni fuq skor ta’ 16-16. Fit-tieni sessjoni trippla ta’ De Martino tat il-vantaġġ lil Depiro però Luxol wieġbu b’oħra minn Mandi Sciortino. Fil-ħames minuta Depiro kienu għadhom basket minn fuq 25-23. Hawn Luxol kellhom mument mill-aqwa u għaqqdu run ta’ 11-3 b’punti minn Greta Zarb u Becky Naudi biex fl-intervall kienu 34-28 minn fuq.

Depiro Women Champions 2012-13

Depiro Women Champions 2012-13

Wara l-intervall, l-istorja kienet differenti. Luxol dehru maħsuda bid-difiża ta’ Depiro u ftit setgħu jinfdu. Depiro minn naħa tagħhom kellhom run ta’ 12-0 b’disa’ punti minn Belcher u trippla ta’ Beverlee Zammit biex marru 40-34 minn fuq. Hawn waslu l-ewwel punti ta’ Luxol minn freethrows ta’ Sarah Pace però Zamit kellha trippla oħra flimkien ma’ punti minn Belcher u Andrea Mifsud. Ir-risposta ta’ Luxol f’din is-sessjoni ġiet biss minn free-throws u Depiro kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 50-40. Luxol ippruvaw jerġgħu jersqu viċin fil-ftuħ tal-aħħar perjodu però sabu t-trippli ta’ Zammit li żammew lil Depiro b’vantaġġ b’figuri doppji. Depiro kellhom break ieħor ta’ 9-4 b’baskets minn Belcher, Zammit u De Martino biex fis-seba’ minuta l-vantaġġ kien ta’ 14 –il punt 67-53. Hawn Luxol għamlu l-aħħar sforz bi trippla ta’ Pace però l-ħin kien kontra tagħhom u Depiro għalqu l-partita bi trippla ta’ De Martino biex rebħu l-kampjonat. Fi tmiem il-partita Dr. Josie Muscat Chairman ta’ St. James Hospital ippreżenta t-trofew lil Samantha Brincat captain ta’ Pavi Depiro fost il-ferħ tal-partitarji preżenti.

Luxol: S. Pace 19, M. Sciortino 7, C.Medina, B.Naudi 12, J. B. Gaerty, G. Zarb 7, P. Ellul 1, M. Williams 10, D. Muscat 2, M. Darmanin, K. Portelli.

Pavi Depiro: A. Mifsud 3, G. Mifsud 3, F. Biancho 2, S. Brincat, M. Bonnett, S. De Martino 18, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 28, S. Micallef, B. Zammit 18.

Referees:  Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

Statistika…

Luxol – Free throws – 16 on 25,  Baskets – 18 on 39, Three pointers – 2 on 9, Rebounds – 32, Assists – 7, Turnovers – 24, Steals – 8, Fouls Suffered – 16, Fouls Made – 18, 

Depiro- Free throws – 7 on 14, Baskets – 22 on 46, Three pointers – 7 on 17, Rebounds – 35, Assists – 14, Turnovers – 19, Steals – 15, Fouls Suffered – 18, Fouls Made – 16

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com