A to Z Electronics Athleta jerbħu t-tieni unur

 

sportinmalta logo flat

Posted By sportinmalta1 On October 7, 2013

ST. JAMES HOSPITAL PRE-SEASON TOURNAMENT – IRĠIEL

minn Colin Schembri

Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret it-tieni edizzjoni tas-St. James Hospital pre-season tournament tan-nisa  fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien imiss it-tielet edizzjoni tal-irġiel. Kienu A to Z Electronics Athleta li rebħu din il-kompetizzjoni biex rebħu t-tieni unur konsekuttiv għal dan l-istaġun. Athleta kienu wkoll rebħu l-ewwel edizzjoni ta’ dan it-tournament li kienet saret f’Għawdex.

Kellna diversi players li għamlu d-debutt ma’ clubs ġodda. Fost dawn insibu lill-Amerikani Turrell Morris ta’ Pavi Depiro u Michael Myres Keitt ta’ Bupa Luxol, Marko Todorovic ma’ Starlites u l-ġgant ta’ Remax Citadel Siġġiewi Ivo Hoeger li hu twiel 7 piedi u 5 pulzieri.

Fost il-players Maltin li għamlu d-debutt ma’ club ġdid insibu lil Clint Cassar ta’ Luxol, Anton Axiaq u Billy Zammit ma’ Depiro, Chris u Steve Sammut ma’ Siġġiewi u Jeremy Curmi ma’ Starlites.

Fl-ewwel ġurnata ntlagħbet il-fażi preliminari fejn is-sitt timijiet kienu mqassma f’żewġ gruppi. Fi Grupp 1 kien hemm Floriana Royce, Pavi Depiro u Bupa Luxol u fi Grupp 2 kien hemm A to Z Electronics Athleta, Remax Citadel Siġġiewi u Starlites. Ir-riżultati kollha tal-ewwel fażi kienu dawn:

Floriana Royce  22 Pavi Depiro 57

A to Z Electronics Athleta  43 Remax Citadel Siġġiewi 28

Pavi Depiro 43 Bupa Luxol 51

Remax Citadel Siġġiewi  43 Starlites 30

Bupa Luxol 48 Floriana Royce 51

Starlites  26 A to Z Electronics Athleta 40

It-tieni fażi bdiet biż-żewġ semifinali fejn fl-ewwel waħda ltaqgħu Pavi Depiro kontra Remax Citadel Siġġiewi f’waħda mil-isbaħ partiti li kellna f’din il-kompetizzjoni. Il-partita kellha bidu bilanċjat biż-żewġ timijiet viċin xulxin u fl-ghaxar minuta Depiro kellhom vantaġġ ta’ punt 15-14. Lejn tmiem is-sessjoni Siġġiewi ħadu l-vantaġġ però fil-ftit sekondi li kien għad fadal Depiro reġa’ rnexxielhom imorru minn fuq 27-25. Wara l-intervall kien hemm bidu tajjeb minn Depiro li rnexxielhom ikabbru l-vantaġġ għal 9 punti, però Siġġiewi ġew lura għal darb’oħra 46-46. Depro kellhom 5 punti konsekuttivi li din id-darba żammew u għaddew għal finali fuq skor ta’ 52-50. Fit-tieni semifinali A to Z Electronics Athleta ltaqħu kontra Bupa Luxol. Hawn ukoll kellna bidu bilanċjat però Athleta bdew iżidu l-vantaġġ wara run ta’ 9-2 u fil-halftime kellhom vantaġġ ta’ 4 punti 19-15. Wara l-mistrieħ Athleta għamlu run ta’ 20-5 bi trippli minn Omar Said u David Bugeja biex ħadu l-partita f’idejhom u rebħu 49-32.

Fil-partita għat-tielet u r-raba’ post Bupa Luxol għelbu lil Remax Citadel Siġġiewi 52-44.

Fil-finali bejn Pavi Depiro u A to Z Electronics Athleta li wkoll kienet b’żewġ sessjonijiet ta’ 15 –il minuta, ‘l waħda, kienu Athleta li ħarġu rebbieħa 40-28 f’partita kkontrollata minn Bernard Vassallo, Emanuel Mangani u Clive Terribile. Depiro ħadu l-ewwel u l-niku vantaġġ fil-partita meta sat-tieni minuta marru 7-1 minn fuq. Hawn Athleta  wieġbu bi break qawwi ta’ 20-2 b’diversi punti minn Chad Patus, Omar Said fil-waqt li Steve Schembri kien qiegħed jagħmel xogħol eċċelenti fid-difiża fuq l-Amerikan Turrell Morris. Athleta daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ 11 –il punt 23-12. Depiro rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal disa’ punti 18-27 però Athleta reġgħu żiedu l-vantaġġ wara break ieħor ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Patus. Athleta komplew jikkontrollaw sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 40-28. Fi tmiem il-partita Paul Sultana President tal-MBA ppreżenta t-trofew lil Michael Naudi, captain ta’ Athleta.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com