A to Z Electronics jieħdu l-ewwel vantaġġ

Posted By Sportinmalta On April 16, 2012

minn Colin Schembri
Kampjonat MSV Life Irġiel – Playoffs Final 1
A to Z Electronics Athleta 70
Depiro 54
(16-9)(18-14)(7-15)(29-16)

A to Z Electronics Athleta għamlu l-ewwel pass fil-finali tal-kampjonat MSV life ta’ l-ewwel diviżjoni ta’ l-irġiel meta għelbu lil Depiro 70-54 fl-ewwel partita minn serje ta’ l-aħjar minn ħames partiti. Depiro ppreżentaw formazzjoni kollha Maltija hekk kif kellhom l-isfortuna li jitilfu lil Amerikan Greg Hamlin li għamel intervent kirurġiku għalkemm hemm it-tama li jista jirkupra waqt din il-finali. Il-partita ntlagħbet quddiem attendenza sabiħa u fl-intervall kien hemm ukoll ħin għat-tfal minn nurseries taż-żewġ timijiet li komplew isebbħu l-atmosfera. Ic-champions minn naħa tagħhom kienu bil-formazzjoni titulari tagħhom. Athleta bdew tajjeb meta bis-saħħa ta’ Marco Todorovic ħadu l-ewwel vantaġġ 8-2 f’nofs l-ewwel sessjoni. Andrew Aquilina u Roderick Vella wieġbu għal Depiro qabel ma Athleta għamlu break ta’ 6-0 u baqgħu sejrin biex rebħu l-perjodu 16-9. Fit-tieni sessjoni Athleta kabbru l-vantaġġ bi trippla ta’ Omar Said. Wara punti fuq kull naħa, Athleta żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Michael Naudi u trippla ta’ Steve Schembri. Hawn Depiro wieġbu b’sitt punti mingħajr risposta biex reġgħu naqqsu d-distakk pero’ trippla oħra ta’ Schembri għalqet is-sessjoni bl-Athleta fuq quddiem 34-23.

Wara l-mistrieħ, Depiro kellhom l-aħjar mument tagħhom fil-partita meta bdew bi break ta’ 6-0. Fis-sitt minuta ġiet l-ewwel risposta ta’ Athleta b’basket minn Dirk Schembri pero’ Depiro komplew bil-mument tajjeb tagħhom. Baskets minn Nigel Sultana, Adrian Micallef u Abraham Portelli tawhom il-vantaġġ 37-36 fis-sitt minuta. Schembri reġa’ ta n-nifs lil Athleta b’basket u trippla biex huma temmew is-sessjoni 41-38 minn fuq. Depiro naqqsu d-distakk għal punt fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni bi freethrows ta’ Portelli pero’ hawn Athleta għamlu run ta’ 15-0 b’żewġ trippli ta’ Steve Schembri u baskets ta’ ħuħ Dirk u iktar punti minn Todorovic. Sultana wieġeb bi trippla għal Depiro pero’ Athleta għamlu break ieħor ta’ 8-2 biex inqatgħu mill-avversarji u rebħu l-partita 70-54.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 10, I. Buldakov, D. Bugeja 2, M. Todorovic 20,  M. Giusti, S. Schembri 19, O. Said 8, D. Schembri 6, A. Bonnici 5, K. Baldacchino, A. Fekete.

Depiro: R. Vella 20, JP Schembri, N. Sultana 13, A. Aquilina 4, A. Portelli 7, A. Micallef 6, E. Lupo, M. Mallia 2,  I. Tanti 2.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com