Alyssa Ashley Loyola jegħlbu lil McDonalds Depiro fil-partita prinċipali

minn Colin Schembri

Alyssa Ashley Loyola  51

Mc Donalds Depiro 42

(11-15)(14-5)(15-13)(11-9)

Alyssa Ashley Loyola  għamlu d-debutt tagħhom fis-Saint  James Hospital Shield b’rebħa mportanti u nkoraġġanti fuq Mc Donalds Depiro 51-42. Għal Depiro kien diżappunt ieħor wara t-telfa fis-Super Cup. Loyola għandhom lil Ruth Spiteri bħala l-coach ġdida tagħhom u ddebuttaw ukoll Emma Moore u Justine Mangion. L-ewwel punti ġew fit-tielet minuta b’basket ta’ Depiro minn Antoinette Borg pero Loyola wieġbu bi break ta’ 9-0. Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Steffi De Martino u Svetlana Micallef biex temmew l-ewwel sessjoni 15-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Depiro kellhom fażi negattiva fejn għamlu sensiela ta’ turnovers. Loyola approfittaw fejn wara li sofrew trippla ta’ Borg huma għamlu break ta’ 12-0 biex marru fuq quddiem 25-18. Depiro għalqu s-sessjoni b’żewġ freethrows Andrea Mifsud.

It-tielet sessjoni kienet aktar bilanċjata pero’ Loyola dejjem żammew il-vantaġġ hekk kif bdew jirrispondu kontinwament għall-punti ta’ Depiro. Fit-tmien minuta Depiro naqqsu d-distakk għal 3 punti 31-34. Baskets konsekuttivi ta’ Mangion raw lil Loyola jtemmu l-perjodu 40-33 minn fuq. Sa nofs l-aħħar sessjoni d-distakk baqa’ ta’ 6 punti 42-36 favur Loyola. Hawn Loyola għamlu run deċisiva ta’ 9-0 li għalquha bi trippla ta Jean Doughty biex ħadu kontroll assolut tal-partita li rebħuha 51-42.

Alyssa Ashley Loyola  E. Moore 6, C. Grima 9, J. Doughty 5, M. Gatt, D. Hollier 11, G. Torpiano, A. Bonanno 2, J. Mangion 10, A. Sciberras 4, F. Camilleri, S.J. Barbara 4, K. Gouder.

McDonalds Depiro: A. Mifsud 8, E. Grech, J. Xuereb, T. De Martino, M. Bonett, F. Biancho, G. Mifsud 2, A. Borg 8, C. Sammut 2, E. Vella, S. Micallef 11, S. De Martino 11.

Referees: Alfred Carbonaro, Jennifer Mangani.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com