Alyssa Ashley Loyola jwettqu l-ikbar sorpriża s’issa…

Posted By Sportinmalta On January 20, 2011 @ 10:45 am

minn Colin Schembri

DETUR SHIELD NISA

Luxol 42 Hibs Medsea 59

(11-8)(18-18)(1-10)(12-23)

Fl-ewwel semifinali tad-Detur Shield tan-nisa Hibs Medsea eleminaw lil holders Luxol 59-42. It-tieni taqsima kienet determinanti għaċ-champions speċjalment it-tielet sessjoni meta ħallew lil Luxol fuq punt wieħed biss. Il-punti bdew ġejjin bil-mod speċjalment fl-ewwel erba’ minuti meta Luxol kienu 6-3 minn fuq. Trippla ta’ Emma Moore tat vantaġġ ta’ sitt punti lil Luxol 9-3 pero` sa tmiem is-sessjoni, Hibs naqqsu d-distakk għal tliet punti 8-11. Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni Luxol kabbru l-vantaġġ wara basket ta’ Mandi Sciortino u trippla ta’ Beverlee Zammit. Hibs naqqsu d-distakk bil-freethrows pero` trippla oħra ta’ Zammit u Becky Naudi raw lil Luxol jiftħu vantaġġ ta’ 8 punti 23-15. Hibs naqqsu d-distakk għal 2 punti 21-23 bil-punti ta’ Joselle Cardona pero` Luxol reġgħu wieġbu bit-tielet trippla ta’ Zammit u fil-half time kienu 3 minn fuq 29-26. Fit-tielet sessjoni, Luxol fetħu bi free-throws ta’ Sciortino pero` dan kellu jkun l-uniku punt ta’ Luxol f’din is-sessjoni. Minn hemm il-quddiem Hibs għamlu run ta’ 10-0 inkluża trippla ta’ Kirsten Baldacchino u marru 6 minn fuq 36-30. Fir-raba’ perjodu Luxol baqgħu jsibu diffikulta` u Hibs komplew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Doreen Micallef u fetħu vantaġġ ta’ 15-il punt 45-30. Trippla ta’ Steffi De Martino waqqfet in-nixfa ta’ punti ta’ Luxol imma Baldacchino wieġbet b’oħra għal Hibs. Fl-aħħar tliet minuti Hibs baqgħu jikkontrollaw il-partita biex ħarġu rebbieħa 59-42.

Luxol: E. Moore 5, M. Sciortino 9, L. Serge, B. Naudi 5, S. De Martino 9, P. Ellul, D. Muscat 5, J. Carbonell, E. Grech, B. Zammit 9.

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar 3, L. Bezzina 13, F. Tabone 1, M. Desira, D. Micallef 9, N. Arrigo 3, K. Micallef 12, J. Cardona 12, C. Schiavone.

Referees: Alfred Carbonaro, Gordon Barbara.

McDonalds Depiro 50 Alyssa Ashley Loyola 61

(13-14)(7-19)(20-18)(10-11)

Alyssa Ashley Loyola wettqu waħda mill-ikbar sorpriżi tal-istaġun meta fit-tieni semifinali għelbu lil McDonalds Depiro 61-50 biex waslu fil-finali tad-Detur Shield. Din kienet rebħa storika għat-team ta’ Loyola li wasslithom sal-ewwel finali tagħhom fl-istorja tal-basketball femminili tagħhom. Għal Depiro din kienet l-ewwel telfa wara run ta’ 12-il rebħa konsekuttiva fil-kompetizzjonijiet kollha. Depiro kellhom bidu tajjeb u trippli ta’ Sarah Pace u Greta Zarb poġġewhom 11-4 minn fuq f’nofs l-ewwel sessjoni. Loyola għamlu reazzjoni sabiħa li bdewha b’basket ta’ Ruth Spiteri u marru 12-11 minn fuq. Fl-aħħar żewġ minuti kien hemm punti fuq kull naħa biex Loyola baqgħu minn fuq 14-13. Fil-bidu tat-tieni sessjoni Loyola ħasdu lil Depiro b’run ta’ 8-0 u fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 22-13. Depiro donnhom inħasdu b’dan id-distakk u sabu diffikulta biex jirkuprawh. Fil-fatt sal-half time Loyola fetħu vantaġġ ta’ 12-il punt 32-20. Wara l-mistrieħ Loyola baqgħu jissorprendu u żewġ baskets ta’ Christina Grima li reġa’ kellha partita stupenda u trippla ta’ Spiteri rawhom imorru 39-22 minn fuq. Ir-reazzjoni ta’ Depiro ġiet mill-punti ta’ Antoinette Borg u t-trippla tagħha ressqet lil Depiro 9 minn taħt 57-46. Loyola wieġbu b’iktar punti ta’ Grima u d-distakk fi tmiem is-sessjoni kien ta’ 10 punti 50-40 favur Loyola. Fl-aħħar sessjoni Loyola reġgħu kabbru l-vantaġġ għal 15-il punt 56-41 u Depiro dehru mifxula. Huma għamlu żewġ baskets bejn ir-raba’ u s-seba’ minuta pero` l-ħin kien kontra tagħhom. Free-throws ta’ Jean Doughty u Grima serrħu ras il-Loyola li setgħu jiċċelebraw din ir-rebħa storika li wasslithom sal-ewwel finali tagħhom.

McDonalds Depiro: S. Pace 8, G. Zarb 10, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho 5, J. Busuttil Gaerty, A. Borg 15, E. Vella, S. Micallef, K. Agius 12

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 9, F. Schembri, E. Falzon, M. Gatt, D. Said Hollier, R. Spiteri 11, A. Bonanno, C. Grima 25, K. Tonna, P. Montanaro, S.J. Barbara 4, K. Gouder 12.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com