Athleta għelbu lil Depiro

Posted By Sportinmalta On January 16, 2012

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel

Depiro 58

A to Z Electronics Athleta 70

(10-17)(13-20)(11-18)(24-15)

Ic-champions A to Z Electronics Athleta ukoll għamluhom tnejn minn tnejn fil-kampjonat MSV Life meta għelbu lil Depiro 70-58. Depiro ppreżentaw l-istess formazzjoni li biha għelbu lil Siġġiewi ġimgħa qabel hekk kif l-aħħar akkwist tagħhom Nigel Sultana jinsab sospiż. Athleta kellhom player barrani ġdid is-Serb Marko Todorovic jagħmel id-debutt tiegħu li kien posittiv. Wara bidu bilanċjat fejn Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 4-1, Athleta għamlu run ta’ 14-1 b’diversi punti minn Michael Naudi u Dirk Schembri. Emanuel Lupo u Greg Hamlin wieġbu għal Depiro pero Athleta għalqu s-sessjoni 17-10 minn fuq. Sat-tielet minuta tat-tieni sessjoni, Athleta kabbru l-vantaġġ għal 10 punti u minkejja li Roderick Vella għamel trippla għal Depiro, Athleta wieġbu bi break ta’ 10-2 mibdi bi trippla ta’ Said u fis-seba’ minuta kienu 32-17 minn fuq. Hamlin reġa’ waqqfilhom din ir-run pero baskets ta’ Todorovic u Naudi raw lil Athleta jidħlu għal mistrieħ fuq quddiem 37-23.

Il-bidu tat-tielet sessjoni kien fatali għal Depiro hekk kif Athleta ħarġu ferm agressivi wara l-mistrieħ u bdew b’run ta’ 11 –il punt mingħajr risposta. Ray Muscat għajjat time-out u hawn Depiro għamlu break ta’ 9-2 li għalquh bi trippla ta’ Hamlin u d-distakk niżel għal 18 –il punt. Sa tmiem is-sessjoni Naudi flimkien ma Todorovic għamlu l-punti ta’ l-Athleta li temmewha minn fuq 55-34. Hamlin fetaħ l-aħħar sessjoni bi trippla pero’ l-istess għamel Said. Depiro għamlu run ta’ 9-2 b’punti minn Adrian Micallef biex waslu sa 14 –il punt ‘l bogħod. Todorovic reġa’ wieġeb għal Athleta pero Depiro żiedu l-isforzi tagħhom b’Hamlin jispikka anke b’dunks spettakolari u waslu sa’ 9 punti ‘l bogħod 57-68. Pero’ l-ħin kien kontra tagħhom u Athleta setgħu jikkontrollaw fl-aħħar ħinijiet biex ħarġu rebbieħa 70-58.

 

Depiro: R. Vella 8, JP Schembri, A. Aquilina 2, A. Portelli 2, A. Micallef 10, E. Lupo 2, M. Mallia, I. Tanti 4, G. Hamlin 30.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 20, D. Bugeja 3, I. Buldakov, M. Todorovic 16, M. Giusti, A. Fekete 4, O. Said 12, D. Schembri 11, A. Bonnici 5, K. Baldacchino, S. Schembri.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com