Caffè Moak Luxol iżommu s-Super Cup

 

sportinmalta logo flat

Posted By sportinmalta1 On October 6, 2013

ST. JAMES HOSPITAL SUPER CUP NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 57

Caffè Moak Luxol 65
(17-10)(19-17)(11-16)(10-22)

Caffè Moak Luxol għamlu rimonta mill-aqwa biex żammew l-unur tas-St. James Hospital Super Cup għat-tielet sena konsekuttiva u taw l-ewwel unur lill-coach ġdid tagħhom Sandro Farrugia. Pavi Depiro m’għarfux iżommu vantaġġ ta’ 12 –il punt li kellhom fil-ftuħ tat-tielet sessjoni u kellhom isofru r-rimonta ta’ Luxol. Luxol għamlu l-ewwel basket tal-partita permezz ta’ Paula Ellul però Depiro wieġbu malajr bil-punti tal-Amerikana Joncelyn Peterkin, Maria Bonett u Beverlee Zammit. Luxol wieġbu bi three pointer ta’ Becky Naudi flimkien ma’ punti minn Steffi De Martino biex reġgħu minn fuq 9-7. Hawn Depiro għamlu break ta’ 10-1 b’diversi punti minn Samantha Brincat biex temmew l-ewwel sessjoni 17-10 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni kien hemm baskets fuq kull naħa biex Depiro żammew il-vantaġġ. Luxol resqu viċin bil-punti ta’ Sarah Pace fosthom trippla però kienet Peterkin li reġgħet kabbret il-vantaġġ tac-champions. Pace kellha trippla oħra qabel ma Depiro għalqu s-sessjoni bil-punti ta’ Zammit u Bonett biex daħlu jistrieħu 36-27 minn fuq.

Wara l-intervall Depiro għamlu 3 punti oħra biex żiedu l-vantaġġ għal 12 –il punt. Hawn però bdiet ir-rimonta ta’ Luxol mibdija bl-ewwel punti tal-Amerikana Patricia Bright li sa’ dak il-ħin kellha partita kwieta. Luxol komplew bi break ieħor ta’ 8-0 b’iktar punti minn Bright u Ellul biex naqqsu d-distakk għal erba’ punti 37-41. Depiro rkupraw xi ftit b’punti minn Brincat biex sa’ tmiem il-partita kellhom vantaġġ ta’ 4 punti 47-43. Fl-aħħar sessjoni, Luxol ħasdu lill-avversarji bi break qawwi ta’ 17-0 bi trippli minn Ellul u Naudi u baskets konsekuttivi minn Bright fost l-oħrajn. Bi żvantaġġ ta’ 13 –il punt Depiro dehru maħsuda u għalkemm wieġbu bil-punti ta’ Bonett u Peterkin, Luxol għalqu l-partita bil-punti minn Pace biex rebħu l-partita 65-57. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ippreżenta t-trofew lil Sarah Pace captain ta’ Caffè Moak Luxol li rebħu t-tielet Super Cup konsekuttiva.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 4, J. Peterkin 21, S. Brincat 12, M. Bonett 8, M. Scicluna, M. Mifsud 1, A. Borg 3, R. Calleja, N. Agius, S. Micallef, B. Zammit 8.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 17, I. Medina, B. Naudi 17, P. Ellul 8, G. Costa, K. Portelli, S. De Martino 13, M. Caruana, P. Bright 10, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Steve Gouder

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com