Depiro b’wirja tajba kontra Starlites

Posted By Sportinmalta On October 24, 2012

minn Colin Schembri.

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

Starlites 23
Depiro 84
(7-22)(9-26)(2-19)(5-17)

Depiro kellhom wirja tajba kontra Starlites biex kellhom rebħa kbira ta’ 84-23 fejn għalijhom spikkat Steffi De Martino bi prestazzjoni mill-aqwa flimkien ma Latisha Belcher. Starlites ftit setgħu jwaqqfu lil Depiro f’din il-partita u tilfu diversi pussessi f’turnovers u Depiro kellhom diversi fast breaks. Sa mill-ewwel minuti Depiro wrew l-intenzjonijiet tagħhom u fl-ewwel żewġ minuti De Martino kienet diġa għamlet seba’ punti fosthom trippla. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn Lyndsey Pirotta u waslu sa żewġ punti ‘l bogħod 7-9. Pero’ hawn beda d-dominju ta’ Depiro meta għamlu l-ewwel run qawwija ta’ 13-0 biex temmew is-sessjoni 22-7 minn fuq. It-tieni taqsima fetħet b’sitt punti oħra minn Depiro permezz ta’ De Martino u Belcher qabel ma Starlites ukoll għamlu break ta’ 7-0. Depiro wieġbu b’run ta’ 18-0 fosthom trippla minn Francesca Biancho u punti minn Maria Bonnett u Martina Mifsud fost l-oħrajn biex fl-intervall huma kienu 48-16 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet mingħajr ħafna storja hekk kif Starlites bdew b’żewġ freethrows minn Amanda Farrugia u minn hemm il-quddiem kien hemm biss punti ta’ Depiro għal skor ta’ 67-18. L-istess ħaġa ġrat fir-raba’ sessjoni fejn wara li Starlites għamlu l-ewwel 5 punti, kienu Depiro li għamlu 17 –il punt ieħor mingħajr risposta. Depiro b’din ir-rebħa temmew il-grupp tagħhom fl-ewwel post u issa jistennew ir-runners up ta’ grupp 1 biex ikunu jafu l-avversarji tagħhom fis-semifinali.

Starlites: A. Farrugia 2, C. Riolo, A. Grixti, S. Tabone 7, L. Pisani 3, S. Cutajar, L. Pirotta 7, N. Attard 3, M. Scicluna, C. Scicluna, M. Cutajar.
Depiro: G. Mifsud 2, F. Biancho 8, S. Brincat, M. Bonnett 6, S. De Martino 38, M. Mifsud 2, M. Scicluna, L. Belcher 21, A. Mifsud 5, S. Micallef, C. Camilleri 2.
Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com