Depiro jibdew il-kampjonat b’rebħa

Posted By Sportinmalta On January 9, 2012

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel

Siġġiewi 71

Depiro 83

(16-31)(14-15)(19-16)(22-21)

Bidu mill-aqwa minn Depiro kien strumentali biex huma jibdew il-kampjonat b’rebħa kontra Siġġiewi 71-83. Siġġiewi kellhom diversi players neqsin bħal Karl Borg, Louis Camilleri u Eman Xuereb pero’ reġa deher Clement Kodomaris. Depiro kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Depiro ma setax kellhom bidu aħjar meta fl-ewwel tlett minuti Adrian Micallef u Greg Hamlin għamlu run ta’ 10-0. Ir-risposta ta’ Siġġiewi ġiet minn Marco Matijevic bi trippla u basket pero Hamlin u Isaac Tanti komplew iżidu l-vantaġġ ta’ Depiro. Siġġiewi komplew ikunu laxki fid-difiża tagħhom tant li Depiro għamlu run oħra fl-aħħar żewġ minuti ta’ 11-3 biex temmew is-sessjoni 31-16 minn fuq. Siġġiewi fetħu t-tieni sessjoni b’sitt free-throws fl-ewwel żewġ minuti u naqqsu d-distakk 22-31. Depiro malajr wieġbu bi three pointers ta’ Roderick Vella u Andrew Aquilina biex fis-sitt minuta kienu 19 –il punt minn fuq 44-25. Chris Meier għalaq is-sessjoni għal Siġġiewi li pero fl-intervall kienu għadhom 16 minn taħt 30-46.

It-tielet sessjoni kienet iktar bilanċjata fejn l-aħjar bidu kien għal darb’oħra tal-players imexxija minn Ray Muscat f’run ta’ 8-3 b’punti minn Hamlin u Emanuel Lupo. Siġġiewi waqqfu dan il-mument negattiv bi trippli minn Matijevic, Alan Borg u Peter Shoults. Huma għamlu break qasir ta’ 6-0 fl-aħħar minuta u nofs biex id-distakk fi tmiem il-perjodu kien ta’ 13 –il punt bid-Depiro fuq quddiem 62-49. Siġġiewi komplew inaqqsu d-distakk fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni bi trippla oħra ta’ Shoults u Meier. Vella wieġeb għal Depiro bi trippla flimkien ma punti ta’ Micallef  pero Siġġiewi baqgħu jagħfsu biex fis-sitt minuta naqqsu d-distakk għal 7 punti 65-72. Fl-attakk ta’ wara ġie msaffar foul fl-attakk kontra Meier li qajjem protesti kbar minn naħa ta’ Siġġiewi peress li deher li l-kuntatt seħħ fiċ-ċirku taż-żona. Pero’ d-deċiżjoni ma nbidlitx u l-protesti ta’ Siġġiewi komplew tant li tilfu lil Alan Borg bil-ħames foul u tkeċċa Nigel Sultana. Depiro kellhom sensiela ta’ freethrows u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 14 –il punt 79-65. Shoults kompla jitħabat għal Siġġiewi u għamel ħames punti konsekuttivi pero ma kienx għad fadal ħin u baskets ta’ Hamlin u Tanti għalqu l-partita favur Depiro fuq skor finali ta’ 83-71.

 

Siġġiewi: R. Agius, P. Shoults 14, N. Sultana 3, A. Borg 4, J.P. Azzopardi 4, C. Maeir 18, C. Codomaris, M. Matijevic 30.

Depiro: R. Vella 22, JP Schembri, A. Aquilina 5, A. Portelli 2, A. Micallef 21, E. Lupo 6, M. Mallia, I. Tanti 8, G. Hamlin 19.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Steve Gouder.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com