Depiro jagħtu l-ewwel telfa lil A to Z Electronics Athleta

Posted By Sportinmalta On February 20, 2012

minn Colin Schembri

A to Z Electronics Athleta 47
Depiro 70
(10-17)(13-16)(16-16)(8-21)

Depiro kisbu t-tieni rebħa knosekuttiva taħt it-tmexxija l-ġdida ta’ Mario Tabone u din id-darba għelbu lic-champions A to Z Electronics Athleta 70-47 f’partita li ddominaw fil-waqt li Athleta kienu biss id-dell tal-Athleta ta’ l-aħħar partiti. Depiro setgħu finalment jinkludu fl-iskwadra lil Nigel Sultana li skonta s-sospensjoni tiegħu fil-waqt li l-aħwa Dirk u Steve Schembri rritornaw għall-Athleta. Athleta fetħu l-partita b’żewġ trippli minn Kristin Baldacchino u Omar Said pero’ Depiro mal-ħin bdew iwieġbu tant li għamlu run ta’ 15-2 fosthom trippla ta’ Andrew Aquilina biex temmew is-sessjoni 17-10 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni kien hemm logħob konfuż fuq iż-żewġ naħat pero mbagħad Depiro għamlu run oħra ta’ 10-2 biex fit-tmien minuta kienu 33-17 minn fuq. Athleta wieġbu bi tlett baskets biex sa’ l-intervall naqqsu d-distakk għal 10 punti 23-33.

Fit-tielet sessjoni kien hemm tentattiv ta’ rimonta mic-champions wara basket u trippla ta’ Michael Naudi. Minkejja li Roderick Vella baqa’ jagħmel il-punti għal Depiro, kienu l-Athleta li bil-baskets ta’ Marco Todorovic naqqsu d-distakk għal 4 punti 37-41. Depiro rkupraw minn dan il-mument diffiċli u għalqu s-sessjoni bi break ta’ 8-2 biex temmew is-sessjoni 10 minn fuq 49-39. Athleta fetħu r-raba’ perjodu bil-freethtrows pero’ hawn bdew ġejjin it-trippli ta’ Vella f’run qawwija ta’ 16-3 minn Depiro. Il-vantaġġ issa kiber għal 20 punt 65-45 u kien impossibli għall-Athleta li jirkupraw biex tilfu l-imbattibilita fil-kampjonat fuq skor finali ta’ 70-47 għal Depiro.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 11, D. Bugeja 2, M. Todorovic 13, M. Giusti, O. Said 5, D. Schembri 4, A. Bonnici 6, K. Baldacchino 3, S. Schembri 3.

Depiro: R. Vella 18, JP Schembri, N. Sultana 11, A. Aquilina 11, A. Portelli 2, A. Micallef 10, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 3, G. Hamlin 16.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com