Depiro jifthu b’rebha fuq Hibs

Posted By Sportinmalta On October 17, 2012

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

Depiro 47
Hibernians 41
(14-6)(5-15)(15-4)(10-16)

Fl-aħħar partita, Depiro għelbu lil Hibs 47-41 minkejja li l-aħħar akkwisti tagħhom Emma Moore u Beverlee Zammit ma setgħux jiġu utiliżżati mil-coach Adrian Mifsud. Hibs għadhom b’team magħmul kollhu minn players lokali hekk kif għadhom jistennew il-wasla tal-player minn Senegal. Depiro fetħu qawwi tant li Steffi De Martino għamlet l-ewwel basket wara erba’ sekondi u wara żewġ minuti kienu 9-0 minn fuq wara trippla minn Samantha Brincat. Sa tmiem is-sessjoni huma kellhom vantaġġ ta’ 8 punti 14-6. Hibs għamlu reazzjoni fit-tieni perjodu fejn wara li Brincat għamlet trippla oħra, huma għamlu break ta’ 12-0 biex marru minn fuq 19-17. Ir-risposta ta’ Depiro waslet minn żewġ free-throws qabel ma Joselle Borg Cardona għamlet l-aħħar basket biex Hibs temmew is-sessjoni 21-19 minn fuq.

Il-folja reġgħet inqalbet wara l-intervall. Depiro b’mod speċjali De Martino, għamlu run ta’ 10-0 biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 29-21. Borg Cardona wieġbet għal Hibs, pero De Martino u Francesca Biancho għamlu sitt punti għal Depiro biex temmew is-sessjoni 37-25 minn fuq. Il-partita baqgħet interessanti għaliex il-bidu tar-raba’ sessjoni reġa’ kien f’idejn Hibs li għamlu 9 punti mingħajr risposta biex reġgħu naqqsu d-distakk għal 3 punti 34-37. De Martino għamlet trippla pero’ fuq in-naħa l-oħra kien hemm Lucienne Bezzina li għamlet l-istess wara basket minn Maria Desira biex fid-disa’ minuta kien hemm punt biss bejn iż-żewġ timijiet bid-Depiro fuq quddiem 40-39. Punti minn Andrea Mifsud u De Martino taw ftit tan-nifs lil Depiro li kkontrollaw l-aħħar ħinijiet li kien fadal biex rebħu l-partita 47-41.

 
Mc Donalds Depiro: G. Mifsud, F. Biancho 8, S. Brincat 9, M. Bonnett, S. De Martino 22, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 6, A. Mifsud 2, S. Micallef, C. Camilleri.
Hibs: J. Scerri 2, E. Cassar 2, R. Scerri, L. Bezzina 6, F. Mifsud, M. Desira 10, K. Gatt, A. Borg 2, N. Mifsud 4, E. Micallef, J. Borg Cardona 15, L. Micallef.
Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com