Depiro Mtarfa rritornaw għar-rebħ

Posted By Sportinmalta On February 6, 2012

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel
Depiro 65
Tata Motors Loyola 59
(8-11)(20-20)(19-12)(18-16)

Depiro Mtarfa rritornaw għar-rebħ meta fil-partita li għalqet l-ewwel round tal-kampjonat MSV Life għelbu lil Tata Motors Loyola 65-59 f’partita missielta. Depiro kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li għal Loyola rritorna Joshua Anastasi li pero’ ma kienx utiliżżat mil-coach Alfred Mifsud l-istess bħal Billy Zammit. Greg Hamlin fetaħ il-partita għal Depiro b’żewġ baskets fl-ewwel tlett minuti. Rashanti Harris wieġeb għal Loyola bil-punti jibqgħu ġejjin bil-mod tant li sas-seba’ minuta Depiro kienu 8-4 minn fuq. Loyola pero’ għalqu s-sessjoni b’run ta’ 7-0 biex temmew is-sessjoni fuq quddiem 11-8. Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni b’żewġ baskets minn Adrian Micallef pero’ Loyola malajr wieġbu permezz ta’ Anton Axiaq. Huma baqgħu fuq quddiem wara trippla ta’ Jean Paul Azzopardi u iktar punti minn Harris pero eżatt mal-horn Roderick Vella għamel trippla u fl-intervall il-vantaġġ ta’ Loyola niżel għal 3 punti 31-28. Fit-tielet sessjoni Depiro kellhom l-aħjar bidu meta għamlu 7 punti mingħajr risposta minn Hamlin u Andrew Aquilina. Harris u Axiaq irrispondew għal Loyola pero Vella u Micallef ħallew lil Depiro fuq quddiem. Trippla ta’ Vella ġiet annulatta minn oħra ta’ David Camilleri li flimkien ma’ Harris reġgħu ressqu lil Loyola basket il-bogħod 43-45. Depiro temmew il-perjodu b’basket ta’ Aquilina pero sat-tielet minuta tal-aħħar sessjoni Loyola ġabu l-iskor indaqs 50-50. Hawn saru xi protesti minn fuq il-bank ta’ Loyola li kkontestaw shot jekk ħabatx mar-ring u ta’ dan pattew qares għax mill-freethrows u l-attakk sussegwenti Depiro reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 5 punti 55-50. Vella kompla bit-three pointers tiegħu u għalkemm fid-disa’ minuta Sean Pace għamel trippla li naqqset id-distakk għal Loyola, ma kienx għad fadal wisq ħin u Depiro ħarġu rebbieħa 65-59.

Depiro: R. Vella 18, JP Schembri, A. Aquilina 10, A. Portelli 5, A. Micallef 16, E. Lupo 2, M. Mallia, I. Tanti 2, G. Hamlin 12.

Tata Motors Loyola: S. Pace 7, B. Zammit, D. Camilleri 5, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella 2, A. Axiaq 11, JP Azzopardi 3, J. Anastasi, J. Ransley, R. Harris 31.

Referees: Steve Gouder, Gordon Barbara, Clive Terribile

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com