Finali bejn A to Z Electronics Athleta u Depiro

Posted By Sportinmalta On April 9, 2012

minn Colin Schembri.
Kampjonat MSV Life Irġiel – Playoffs 2

Floriana Francesco Fenech 58
Depiro 77
(12-20)(16-15)(17-22)(13-20)

Wara nuqqas ta’ diversi snin, Depiro rnexxielhom jaslu sal-finali tal-kampjonat ta’ l-ewwel diviżjoni ta’ l-irġiel. Depiro li fis-snin disgħin kienu fost il-krema tal-basketball lokali, għaddew minn snin ta’ transizzjoni fejn rebħu unuri fin-nisa u fis-setturi taż-żgħażagħ. Dan l-istaġun huma saħħew l-iskwadra b’akkwisti mportanti flimkien ma’ l-Amerikan Greg Hamlin. Huma waslu fil-finali wara r-rebħa fit-tielet playoff tal-kampjonat MSV Life kontra Floriana Francesco Fenech 77-58. Irrispetivament mir-riżultat ta’ din is-semifinali, l-istaġun ta’ Floriana kien verament posittiv wara r-ritorn tagħhom fl-għola diviżjoni. Huma waslu sal-finali tan-Knock out u spiċċaw il-kampjonat fit-tieni post qabel il-playoffs b’riżultati prestiġjużi għall-istorja tal-club. Depiro b’moral għoli wara r-rebħa fit-tieni semifinali bdew il-partita bi break ta’ 11-3 magħluq bi trippli ta’ Adrian Micallef li flimkien ma’ Hamlin għamlu l-punti tagħhom fl-ewwel ħinijiet. Floriana batew biex jagħmlu l-punti fejn Evan Fjeld kien magħsses tajjeb u fis-seba’ minuta Depiro kienu 10 minn fuq 17-7. Fjeld u Chris Sammut bi trippla wieġbu għal Floriana pero’ Depiro ukoll kellhom trippla permezz ta’ Vella biex temmew is-sessjoni 20-12 fuq quddiem. It-tielet sessjoni rat lil Depiro jżidu l-vantaġġ wara break ieħor ta’ 9-2 fosthom trippla ta’ Andrew Aquilina. Hawn Floriana wieġbu bi break qasir ta’ 8-4 biex naqqsu d-distakk. Nigel Sultana għamel 4 punti għal Depiro qabel ma Floriana għalqu s-sessjoni b’sitt punti konsekuttivi u fl-intervall naqqsu d-distakk għal 7 punti 28-35.

Depiro fetħu t-tielet perjodu b’basket ta’ Micallef pero’ Floriana kellhom il-freethrows wara fouls fuq Fjeld resqu viċin. Aquilina waqqfilhom din ir-run bi trippla pero’ Fjeld kompla għaddej bil-punti. Dan kien l-aħjar mument Furjaniż fil-logħba li sal-ħames minuta waslu basket ‘l bogħod 39-41. Hawn Depiro rritaljaw u għamlu run ta’ 10-0 biex reġgħu ħadu vantaġġ komdu u sa tmiem is-sessjoni reġgħu kienu 12 minn fuq 45-57. Fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni Floriana kisbu żewġ baskets permezz ta’ Adrian Sultana. Hawn pero l-captain ta’ Depiro Roderick Vella li ta’ sittax –il sena kien fl-aħħar finali ta’ Depiro, għamel trippla biex beda run deċisiva ta’ 9-0 minn Depiro li fil-ħames minuta kienu 19 minn fuq 68-49. Jeremy Curmi għamel trippla għal Floriana flimkien ma’ basket ta’ Clayton Calleja pero’ Floriana kienu għadhom il-bogħod. Depiro ssiġallaw ir-rebħa b’iktar punti ta’ Vella u Hamlin biex rebħu l-partita 77-58 u ċċelebraw l-akkwist ta’ post fil-finali.

 

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi 3, C. Sammut 10, I. Mercieca, S. Sammut 4, C, Calleja 9, E. Fjeld 24, A. Sultana 6, M. Ciantar 2.

Depiro: R. Vella 19, JP Schembri, N. Sultana 10, A. Aquilina 14, A. Portelli 1, A. Micallef 12, E. Lupo, M. Mallia,  I. Tanti, G. Hamlin 21.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro,  Steve Gouder.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com