Finali oħra bejn Siġġiewi u A to Z Electronics Athleta


Posted on Tuesday 29th November 2011

minn Colin Schembri
LOUIS BORG CUP IRĠIEL
Depiro Mtarfa 51
Siġġiewi 57
(8-18)(12-15)(10-14)(21-10)

Fl-ewwel leg mill-ewwel semifinali tat-tazza Louis Borg, Siġġiewi sofrew ir-rimonta ta’ Depiro fl-aħħar sessjoni u minkejja li rebħu bl-iskor ta’ 57-51, ħallew miftuħa beraħ il-kwalifikazzjoni għall-finali. Depiro kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li Siġġiewi kienu mingħajr Eman Xuereb u Jide Jetson. Siġġiewi bdew tajjeb u għamlu run ta’ 10-0 b’Marco Matijevic jagħmel 8 punti flimkien ma’ basket minn Peter Shoults. Wara basket minn Malcolm Mallia għal Depiro, Siġġiewi wieġbu b’basket u trippla ta’ Alan Borg u temmew l-ewwel sessjoni 18-8 minn fuq. It-tieni sessjoni fetħet bil-punti minn Louis Camilleri għal Siġġiewi b’Depiro jagħmlu trippla minn Abraham Portelli. Depiro komplew b’run ta’ 9-2 biex naqqsu d-distakk għal 8 punti pero’ Siġġiewi għamlu l-aħħar baskets biex daħlu jistrieħu fuq quddiem 33-20.

Fit-tielet sessjoni il-vantaġġ ta’ Siġġiewi kiber għal 16 –il punt wara iktar baskets minn Matijevic flimkien ma’ Nigel Sultana. L-ex Adrian Micallef u Roderick Vella wieġbu għal Depiro pero’ Siġġiewi kienu għadhom 17 minn fuq fi tmiem il-perjodu 47-30. Fl-aħħar sessjoni waslet ir-rimonta ta’ Depiro li bdew b’żewġ baskets minn Portelli u Andrew Aquilina. Wara li Siġġiewi għamlu 3 punti oħra, reġgħu kienu Depiro li b’run ta’ 13-2 naqqsu d-distakk għal 7 punti 47-54. Hawn deher iktar l-Amerikan ta’ Depiro Greg Hamlin flimkien ma trippla ta’ Roderick Vella. Siġġiewi wieġbu b’basket ta’ Sultana pero’ Depiro kellhom l-aħjar tmiem għal partita biex naqqsu d-distakk għal 6 punti 51-57 qabel it-tieni partita.

 Depiro: R. Vella 9, JP Schembri, A. Aquilina 3, A. Portelli 9, A. Micallef 9, E. Lupo 2, M. Mallia 2, I. Tanti 6, G. Hamlin 11.
Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 6, P. Shoults 6, N. Sultana 6, A. Borg 11, J.P. Azzopardi, C. Maeir 12, C. Codomaris 2, M. Matijevic 14
Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.
Siġġiewi 51
Depiro Mtarfa 49
(19-18)(8-12)(13-12)(11-7)

Siġġiewi żammew sod fl-aħħar ħinijiet biex finalment għelbu lil Depiro 51-49 biex wara r-rebħa fl-ewwel leg, huma għaddew għal finali tat-tazza Louis Borg. Iż-żewġ timijiet ppreżentaw l-isess formazzjoni tal-partita ta’ ġurnata qabel. Wara li Depiro bdew il-partita b’żewġ baskets, Siġġiewi wieġbu b’basket u trippla ta’ Peter Shoults. Siġġiewi komplew jagħfsu u żewġ trippli oħra ta’ Alan Borg rawhom jiftħu vantaġġ ta’ 6 punti 13-7. Depiro wieġbu b’sensiela ta’ free-throws minn Adrian Micallef li pero’ ftit wara kkometta r-raba’ foul tiegħu u tpoġġa fuq il-bank minn Ray Muscat. Siġġiewi għalqu s-sessjoni 19-18 minn fuq wara basket ieħor minn Shoults. It-tieni sessjoni kienet nieqsa mill-punti biż-żewġ timijiet jagħġġlu fl-attakk pero’ wara li Depiro ppareġjaw 24-24 trippla minn Clement Kodomaris reġgħet poġġiet lil Siġġiewi fuq quddiem. Qabel il-mistrieħ, Depiro għamlu 5 punti biex fl-intervall kienu 3 minn fuq 30-27.

Siġġiewi fetħu aħjar fit-tieni sessjoni biex fl-ewwel żewġ minuti reġgħu ħadu l-vantaġġ. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Andrew Aquilina u basket ta’ Greg Hamlin pero’ qatt ma rnexxielhom iżidu l-vantaġġ b’iktar minn 3 punti. Il-vantaġġ bidel l-idejn għal diversi drabi qabel tmiem is-sessjoni qabel ma trippla oħra ta’ Aquilina eżatt mal-buzzer tat vantaġġ ta’ 2 punti lil Depiro 42-40. Fl-aħħar sessjoni Depiro kabbru l-vantaġġ għal 4 punti 46-42 pero hekk kif bdew jemmnu li jistgħu jagħmluha, Siġġiewi għamlu 5 punti u għalkemm Hamlin għamel trippla għal Depiro, Alan Borg kien preċiż mill-freethrow line biex Siġġiewi rebħu l-partita 51-49.

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 7, P. Shoults 11, N. Sultana 4, A. Borg 14, J.P. Azzopardi, C. Maeir, C. Codomaris 3, M. Matijevic 12.
Depiro: R. Vella 5, JP Schembri, A. Aquilina 10, A. Portelli 5, A. Micallef 4, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 5, G. Hamlin 20.
Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com