Finalment ikompli l-logħob tal-irġiel

Posted By Sportinmalta On March 16, 2011

minn Colin Schembri

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIZJONI

Siġġiewi Derby 75
Depiro Mtarfa 69
(15-28)(16-11)(22-10)(22-20)

Siggiewi vs Depiro Kampjonat

Il-logħob tal-ewwel diviżjoni ta’ l-irġiel tkompla wara waqfa ta’ 40 ġurnata li fihom ġara minn kollox. Minn protesti u appelli sa tibdil fl-istatut u l-uffiċjali tal-MBA. Fl-ewwel partita li ntlagħbet mil-kampjonat Siġġiewi Derby għelbu lil Depiro Mtarfa 75-69. Siġġiewi kienu mingħajr Adrian Micallef fil-waqt li Jeffrey Gatt u Malcolm Mallia kienu nieqsa għal Depiro. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ David Bugeja biex marru 11-6 minn fuq. Wara li Marco Matijevic naqqas id-distakk għal Siġġiewi, Depiro għamlu run ta’ 9-0 inkluża trippla ta’ Roderick Vella u fetħu vantaġġ ta’ 12-il punt 20-8. Siġġiewi waqqfulhom din ir-run bi trippla ta’ Peter Shoults pero’ iktar trippli minn Vella ħallew lil Depiro fuq quddiem 28-15. Fit-tieni sessjoni Depiro kabbru l-vantaġġ għal 17-il punt f’nofs is-sessjoni 36-19. Punti ta’ Shoults u Matijevic raw lil Siġġiewi jtemmu l-perjodu b’run ta’ 9-1 u naqqsu d-distakk għal 6 punti fil-half time 31-39.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni kein hemm three pointers fuq kull naħa biex Depiro baqgħu 9 minn fuq 47-38. Siġġiewi bdew run ta’ 13-0 li fit-tmien minuta rathom imorru minn fuq 51-47. Huma żammew dan id-distakk sa tmiem il-perjodu 53-49. Fl-aħħar sessjoni c-champions fetħu bi trippli ta’ Matijevic u Eman Xuereb biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 59-49. Depiro bdew jitħabtu biex inaqqsu d-distakk u f’nofs is-sessjoni waslu sa 5 punti l’bogħod 58-63. Lejn it-tmiem Depiro naqqsu iktar id-distakk wara punti minn Andrew Aquilina 67-71. Baskets ta Matijevic u Shoults fl-aħħar ħinijiet serrħu ras is-Siġġiewi li ħarġu rebbieħa 75-69.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 17, K. Borg 4, J. Doughty, E. Xuereb 11, A. Borg 3, L. Ross 6, J. Jetson 12, M. Matijevic 32.

Depiro: R. Vella 23, J.P. Schembri 5, D. Bugeja 17, A. Aquilina 4, D. Schembri, E. Lupo 6, I. Tanti 14, G. Mercieca.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani

LOGĦOB LI JMISS:

Il-Ħamis 17-03-2010 – 19:45 – Depiro Mtarfa vs A to Z Electronics Athleta

Is-Sibt 19-03-2010 – 15:45 – Siġġiewi Derby vs Tata Motors Loyola

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com