Floriana Francesco Fenech waħedhom fit-tieni post

 

Posted By Sportinmalta On March 5, 2012

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel

Depiro 82
Floriana Francesco Fenech 85
(16-18)(19-15)(15-17)(20-20)(12-15)

F’waħda mill-isbaħ partiti ta’ l-istaġun Floriana Francesco Fenech għelbu lil Depiro 85-82 wara l-ħin barrani biex baqgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika. Kienet partita verament sabiħa bi Floriana jsalvawha fl-aħħar 18 –il sekonda biex imbagħad jerbħu fil-ħin barrani. Evan Fjeld reġa’ kien protagonist għal Floriana fejn mhux biss għamel 45 punt pero’ kellhu fuqhu 18 –il foul u kellhu 22 rebound. Anke Chris Sammut kellhu partita tajba fil-waqt lil għal Depiro kien hemm wirja tajba minn Roderick Vella flimkien ma’ Greg Hamlin. Ian Mercieca fetaħ il-partita għal Floriana bi trippla pero’ Depiro wieġbu b’run ta’ 10-1 b’punti minn Hamlin u Isaac Tanti. Floriana naqqsu d-distakk għal punt 11-12 u wara li Vella kabbar il-vantaġġ ta’ Depiro, Floriana kellhom il-free-throws ta’ Fjeld biex għalqu s-sessjoni 18-16 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, Fjeld kompla jżid il-vantaġġ Furjaniż dejjem mill-freethrow line pero Depiro ppareġjaw 28-28 bi trippla ta’ Vella. Lejn it-tmiem Floriana reġgħu ħadu l-vantaġġ pero’ fl-aħħar 30 sekonda trippla ta’ Vella u basket ta’ Hamlin raw lil Depiro jidħlu jistrieħu minn fuq 35-33.
Fit-tielet perjodu Floriana reġgħu marru fuq quddiem, pero Depiro wieġbu b’żewġ trippli ta’ Adrian Micallef biex reġgħu ħadu l-vantaġġ. Floriana ma ċedewx u bi break ta’ 6-2 ippareġjaw 46-46 u sa tmiem is-sessjoni l-iskor baqa’ ndaqs 50-50. L-aħħar sessjoni fetħet bi trippla oħra ta’ Vella u Floriana wieġbu b’basket ta’ Fjeld u ieħor ta’ Mercieca. Hawn Depiro għamlu run oħra ta’ 8-0 fejn kien Andrew Aquilina l-protagonist b’żewġ trippli. Fjeld u Sammut wieġbu għal Floriana pero’ Depiro dehru resqin lejn rebħa meta trippla ta’ Vella reġgħat tathom vantaġġ ta’ 6 punti fl-aħħar minuta u nofs 70-64. Mercieca għamel trippla għal Floriana u l-istess għamel Chris Sammut 18 –il sekonda mit-tmiem biex ippareġja l-partita 70-70. Fil-ħin barrani. Floriana fetħu bi trippla ta’ Steve Sammut u basket ta’ Fjeld bid-Depiro jirrispondu bi break ta’ 8-2. Hawn waslu 6 punti minn Floriana permezz ta’ Mercieca u Fjeld li tawhom vantaġġ ta’ 5 punti u minkejja l-isforzi ta’ Depiro ma rnexxielhomx isalvaw il-partita biex Floriana ħarġu rebbieħa 85-82.

Depiro: R. Vella 26, JP Schembri, N. Sultana, A. Aquilina 7, A. Portelli, A. Micallef 18, E. Lupo 4, M. Mallia, I. Tanti 6, G. Hamlin 21.
Floriana Francesco Fenech: C. Sammut 19, I. Mercieca 12, S. Sammut 6, C. Calleja 2, A. Baldacchino, E. Fjeld 45, A. Sultana, M. Ciantar 1.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Steve Gouder.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com