Floriana jgħelbu lil Depiro

Posted By Sportinmalta On January 23, 2012

minn Colin Schembri
Kampjonat MSV Life Irġiel

Floriana Francesco Fenech 65
Depiro 37
(16-6)(17-11)(19-8)(13-12)

Floriana Francesco Fenech kisbu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Depiro 65-37. Ħafna iktar kien mistenni minn Depiro li għalkemm kienu mingħajr Adrian Micallef kellhom wirja negattiva speċjalment meta mqabbla mal-aħħar wirjiet li kellhom. Minn naħa ta’ Floriana kollox juri li l-akkwist ta’ l-Amerikan Evan Fjeld se jiswijhom mitqlu deheb fil-kors ta’ l-istaġun. Player li huwa dominanti taħt il-boards u mhux biss għax anke jsib ħin li jitma diversi assists lil sħabu biex jibda l-fast breaks. Ma kienx Fjeld biss li spikka pero’ anke Chris Sammut u Adrian Sultana kellhom partita tajba ferm. Floriana li għal din il-partita kellhom lura lil Mark Ciantar, bdew tajjeb meta għamlu l-ewwel seba’ punti tal-partita fosthom trippla ta’ Sammut. Emanuel Lupo għamel l-ewwel basket ta’ Depiro pero’ Floriana wieġbu b’seba’ punti oħra fosthom trippla oħra ta’ Sammut. Abraham Portelli u Isaac Tanti wieġbu għal Depiro bi Fjeld jagħmel basket ieħor u l-ewwel sessjoni għalqet 16-6 favur Floriana. Depiro bdew aħjar fit-tieni sessjoni bl-ewwel punti ta’ Greg Hamlin u Roderick Vella u naqqsu d-distakk għal 3 punti. Sammut għamel it-tielet trippla flimkien ma’ iktar punti ta Fjeld biex fetħu vantaġġ ta’ 16 –il punt 31-15. Fit-tmien minuta Hamlin ikkometta r-raba’ foul u Ray Muscat kien kostrett li jpoġġieh fuq il-bank biex fl-intervall Floriana kienu 33-17 minn fuq.

Wara l-mistrieħ stennejna r-reazzjoni ta’ Depiro pero’ kienu Floriana li permezz ta’ Sammut u Fjeld komplew iżidu l-vantaġġ għal 20 punt 41-21. Hamlin reġa daħal fuq il-court pero’ Floriana għamlu run oħra ta’ 11-2 bi trippla ta’ Fjeld u fi tmiem is-sessjoni kellhom vantaġġ ta’ 27 punt 52-25. Fil-bidu tal-aħħar perjodu Portelli u Hamlin għamlu żewġ baskets għal Depiro pero’ hawn Floriana reġgħu ħadu r-riedni tal-partita bi tlettax –il punt mingħajr risposta b’Sammut jagħmel ir-raba’ trippla tiegħu. L-aħħar tmien punti tal-partita ġew kollha minn Depiro pero’ kien tard wisq għalijhom biex Floriana ħarġu rebbieħa 65-37.

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 22, I. Mercieca, S. Sammut, C. Calleja, A. Baldacchino, E. Flejd 35, A. Sultana 6, M. Ciantar 2.

Depiro: R. Vella 8, JP Schembri, A. Aquilina, A. Portelli 6, E. Lupo 4, M. Mallia 2, I. Tanti 8, G. Hamlin 9.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Steve Gouder

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com