Floriana kontra Depiro fil-playoffs

 

Posted By Sportinmalta On March 26, 2012

minn Colin Schembri
Kampjonat MSV Life Irġiel

Floriana Francesco Fenech 74
Depiro 67
(16-10)(16-23)(25-19)(17-15)
 
Floriana Francesco Fenech u Depiro spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post tal-kampjonat u l-bilanċ bejn dawn iż-żewġ timijiet kompla jidher f’din l-ewwel play-off li Floriana rebħu bl-iskor ta’ 74-67. Sad-disa’ minuta tal-aħħar sessjoni basket biss kien jifred liż-żewġ timijiet u kien biss fl-aħħar minuta li Floriana serrħu rashom mir-riżultat. Inċident kurjuż ġara lejn tmiem it-tieni sessjoni meta r-referee internazzjonali Bernard Vassallo weġġa u ma setax ikompli l-partita li tkompliet b’żewġ referees. Floriana bdew tajjeb u b’Evan Fjeld miżmum tajjeb minn Isaac Tanti kien Chris Sammut li tahom il-vantaġġ. Depiro wieġbu permezz ta’ Adrian Micallef u trippla ta’ Greg Hamlin pero’ Floriana temmew l-ewwel sessjoni 16-10 minn fuq. Depiro ġew lura fil-ftuħ tat-tieni sessjoni meta trippla ta’ Nigel Sultana rathom jibdew run ta’ 10-0 biex marru 20-16 minn fuq wara l-ewwel erba’ minuti. Floriana ġew lura bil-punti ta’ Fjeld pero’ Andrew Aquilina b’żewġ trippli ħalla lil Depiro fuq quddiem 33-26.  Qabel l-intervall Floriana għamlu break qasir imma siewi ta’ 6-0 biex naqqsu d-distakk għal punt 32-33.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni Depiro komplew iżidu l-vantaġġ minkejja li sofrew technical foul kontra tagħhom. Fis-sitt minuta Floriana bdew run ta’ 10-2 magħluqa bi trippla tal-captain Ian Mercieca biex reġgħu marru minn fuq. Sad-disa’ minuta kien għad hemm parita ta’ 52-52 pero’ fl-aħħar minuta Floriana għamlu 5 punti biex bdew ir-raba’ u l-aħħar sessjoni 57-52 minn fuq. Is-sessjoni bdiet bi freethrow fuq kull naħa qabel ma’ Floriana għamlu run ta’ 9-0 li tathom vantaġġ ta’ 12 –il punt 67-55. Depiro ma ċedewx u baskets ta’ Micallef u Sultana flimkien ma’ Hamlin reġgħu ġabuhom 2 punti ‘l bogħod 65-67. Clayton Calleja għamel basket importanti għal Floriana li waqqaf ir-run ta’ Depiro u minkejja li Hamlin reġa wieġeb, free-throws ta’ Fjeld issiġilaw ir-rebħa ta’ Floriana fuq skor finali ta’ 74-67.

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 22, I. Mercieca 7, S. Sammut 2, C, Calleja 7, A. Baldacchino, E. Fjeld 34, A. Sultana 2, M. Ciantar.
Depiro: R. Vella 9, JP Schembri, N. Sultana 9, A. Aquilina 8, A. Portelli 3, A. Micallef 14, E. Lupo, M. Mallia,  I. Tanti 4, G. Hamlin 20.

Referees: Bernard Vassallo,  Steve Gouder, Emanuel Mangani

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com