Hibs Medsea jirkupraw u jirbħu t-tieni unur

Posted by SportinMalta on 14th March 2011

minn Colin Schembri

TAZZA LOUIS BORG NISA’

Final 1

McDonalds Depiro 52

Hibs Medsea 47

(18-11)(8-8)(8-15)(18-13)

Hibs vs Depiro

Hibs vs Depiro

McDonalds Depiro rebħu l-ewwel leg tal-finali tat-tazza Louis Borg kontra Hibs Medsea 52-47. Iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom f’partita li setgħet marret kull naħa. Hibs kellhom l-aħjar bidu bil-punti ta’ Joselle Cardona u trippla ta’ Kirsten Baldacchino u marru 10-4 minn fuq. Depiro għajtu time-out u tejjbu l-logħba tagħhom tant li b’run ta’ 12-0 inkluża trippla ta’ Antoinette Borg marru 16-10 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat tant li sas-sitt minuta 4 punti kienu jifirdu liż-żewġ timijiet bid-Depiro fuq quddiem 20-16. Depiro għalqu l-perjodu bil-freethrows ta’ Kaila Agius biex daħlu jistrieħu 26-19 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni Depiro kabbru d-distakk għal 12-il punt wara basket ta’ Borg u trippla ta’ Sarah Pace. Pero’ c-champions għamlu reazzjoni u sat-tmien minuta għamlu run ta’ 13-0 inkluża trippla  ta’ Doreen Micallef biex marru punt minn fuq 32-31. Trippla ta’ Greta Zarb reġgħat poġġiet lil Depiro fil-vantaġġ pero’ sat-tmiem Hibs ippareġjaw 34-34. L-aħħar sessjoni fetħet bi break ta’ 6-0 minn Hibs pero’ t-trippli ta’ Zarb ħallew lil Depiro viċin. F’nofs il-perjodu Hibs kienu għadhom 43-40 minn fuq imma fl-aħħar tlett minuti, Depiro għamlu run deċisiva ta’ 11-0 li rathom itemmu l-partita b’vantaġġ ta’ 5 punti 52-47 li jġorru magħhom għat-tieni finali.

McDonalds Depiro: S. Pace 4, G. Zarb 18, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho 3, J. Busuttil Gaerty, A. Borg 18, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef, K. Agius 9

Hibs Medsea: E. Cassar, M. Zammit, L. Bezzina 4, M. Desira 13, D. Micallef 9, A. Darmanin 6, N. Arrigo 2, K. Baldacchino 9, J. Cardona 17.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani

Final 2

Hibs Medsea 54

McDonalds Depiro 42

(10-7)(12-10)(13-13)(19-12)

Hibs dawwru t-telfa ta’ ħames punti fl-ewwel leg meta fit-tieni logħba tal-finali tat-tazza Louis Borg għelbu lil McDonalds Depiro 54-42 biex rebħu t-tazza b’aggregate ta’ 101-94. Hibs b’hekk rebħu dan l-unur għas-sitt darba u għat-tielet staġun konsekuttiv. Hibs urew iktar determinazzjoni f’din il-partita u wrew li għad jistgħu jigħdu tagħom dan l-istaġun. Fl-ewwel ħinijiet tal-partita l-iskor kien baxx bid-Depiro 4-2 minn fuq sas-seba’ minuta. Fit-tmien minuta Hibs bdew run ta’ ta 8-0 pero’ kienu Depiro li għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Sarah Pace 7-10. Fit-tieni sessjoni Hibs komplew ikabbru l-vantaġġ wara baskets ta’ Maria Desira, Alexis Darmanin u Doreen Micallef 16-9. Trippla oħra ta’ Pace ressqet lil Depiro viċin 14-18. Hibs reġgħu żiedu d-distakk wara punti ta’ Desira u Micallef pero Antoinette Borg naqqset id-distakk għal Depiro 17-22,

It-tielet perjodu kien iktar bilanċjat fejn kienu Hibs li bdew l-aħjar b’run ta’ 9-2 bil-punti ta’ Lucienne Bezzina u Nadia Arrigo. Depiro wieġbu bi break ta’ 10-2 inklużi trippli ta’ Pace u Greta Zarb biex naqqsu d-distakk għal 2 punti 30-32. L-aħħar punti tat-taqsima ġew minn Bezzina u Darmanin għal Hibs li marru 5 minn fuq 35-30. Hibs kellhom l-aħjar bidu fl-aħħar sessjoni li bdewha bi trippla ta’ Kirsten Baldacchino f’run ta’ 13-2 u fis-sitt minuta kienu 48-32 minn fuq. Ir-risposta ta’ Depiro waslet biss mill-freethrows ta’ Borg u Zarb pero’ qatt ma resqu viċin biżżejjed biex isalvaw il-partita jew almenu l-finali biex Hibs rebħu l-partita 54-42 u żammew it-tazza. Fi tmiem il-partita l-president emeritus tal-MBA is-Sur Louis Borg ippreżenta t-trofew lil captain tal-Hibs Lucienne Bezzina biex Hibs setgħu jiċċelebraw ir-rebħ tat-tienu unur tagħhom dan l-istaġun.

Hibs Medsea: E. Cassar, M. Zammit, L. Bezzina 10, F. Tabone, M. Desira 14, D. Micallef 10, A. Darmanin 5, N. Arrigo 6, K. Baldacchino 7, J. Cardona 2.

McDonalds Depiro: S. Pace 11, G. Zarb 5, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho , J. Busuttil Gaerty, A. Borg 17, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 2, K. Agius 7.

Referees: Gordon Barbara, Brian Sly

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com