Hibs Melita Gardens jirbħu l-BOV Knock Out

Posted By Sportinmalta On February 21, 2012

minn Colin Schembri

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT NISA

Hibs Melita Gardens 48
McDonalds Depiro 43
(9-13)(14-7)(13-9)(12-14)

Hibs Melita Gardens rebħu l-Bank of Valletta knock-out għal 15 –il darba fl-istorja tagħhom meta fil-finali għelbu lil McDonalds Depiro 48-43 wara partita kumbattuta. Hibs kienu mingħajr Alexis Cutajar fil-waqt li Depiro rkupraw lil Samantha Brincat pero’ l-Amerikana Vontisha Woods baqgħet imweġġa.

Quddiem pubbliku numeruż, il-partita fetħet bi trippla ta’ Antoinette Borg għal Depiro. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Nadia Arrigo u Lena Gipson pero’ Depiro ppareġjaw wara baskets ta’ Steffi De Martino. Il-punti baqgħu ġejjin bil-mod bid-Depiro jagħmlu break qasir ta’ 6-2 biex temmew is-sessjoni 13-9 minn fuq.

Fit-tieni perjodu, Hibs bdew bi break ta’ 8-0 magħluq bi trippla ta’ Joselle Cardona. De Martino wkoll għamlet trippla għal Depiro biex naqqset id-distakk għal punt 16-17. Wara żewġ baskets fuq kull naħa, Hibs għalqu b’żewġ freethrows ta’ Gipson biex daħlu jistrieħu 23-20 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu, Gipson kompliet iżżid il-vantaġġ ta’ Hins pero’ Depiro wara li fallew xi freethrows għamlu reazzjoni biex ġabu l-iskor indaqs b’basket taż-żagħżugħa Christine Sammut 27-27. Iż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin pero’ fl-aħħar żewġ minuti kienu Hibs li ħadu vantaġġ bil-punti ta’ Lucienne Bezzina fosthom trippla f’run ta’ 7-0 għal skor ta’ 36-29.

Hibs żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Kirsten Baldacchino 39-31 pero’ Depiro ma ċedewx u reġgħu ġew lura hekk kif il-punti ta’ Hibs waqfu. Huma għamlu run ta’ 10-4 biex fis-seba’ minuta kienu punt minn taħt 40-41. Wara li Arrigo għamlet basket għal Hibs, freethrows ta’ De Martino u Francesca Biancho ppareġjaw il-partita 43-43. Wasalna għall-aħħar minuta u hawn kienu Hibs li permezz ta’ Maria Desira u Bezina li għamlu l-aħħar
punti bid-Depiro jitilfu lil Brincat bil-ħames foul u l-coach Adrian Mifsud fuq protesti. Hibs amministraw l-aħħar pusessi biex rebħu l-partita u t-tazza 48-43.

Fi tmiem il-partita s-sur Edward Muscat Azzopardi f’isem il-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew lil Lucienne Bezzina captain ta’ Hibs Melita Gardens.

Hibs Melita GardensJ.Scerri, E. Cassar, F. Mifsud, L. Bezzina 10, M. Zammit, M. Desira 8, K. Gatt, N. Arrigo 6, K. Baldacchino 3, J. Cardona 9, L. Gipson 12.

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G.Mifsud, J. Xuereb, S. Brincat 7, M. Mifsud, F. Biancho 6, T. De Martino, A.Borg 6, C. Sammut 8, E. Vella, S. Micallef, S. De Martino 16.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani.


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com