Hibs Melita Gardens u McDonalds Depiro fil-finali

Published on Tuesday 29th November 2011

Luxol 55
McDonalds Depiro 63
(11-15)(17-17)(14-15)(13-16)

McDonalds Depiro ħadu l-ewwel rebħa fuq Luxol għal dan l-istaġun meta fit-tieni semi-finali tal-Bank Of Valletta knock-out għelbuhom bl-iskor ta’ 63-55. Luxol kienu mingħajr Louisa Serge u postha ħadithu Leanne Vella fil-waqt li għal Depiro kienet nieqsa Justine Xuereb pero’ rritornat Edwina Vella. Il-partita kienet nervuża b’ammont kbir ta’ fouls fuq iż-żewġ naħat, 4 fouls anti-sportivi, technical fouls u anke tkeċċija. Luxol ħadu vantaġġ zgħir fil-bidu tal-partita u żammewh sas-sitt minuta 7-3. Hawn bdew ġejjin il-punti ta’ Samantha Brincat flimkien ma’ trippla ta’ Steffi De Martino f’run ta’ 9-0 minn Depiro. Luxol wieġbu b’erba freethrows pero’ Brincat għamlet tnejn oħra u Depiro temmew is-sessjoni minn fuq 15-11. Huma saħħewh b’żewġ baskets fil-ftuħ tat-tieni perjodu u wara punti fuq kull naħa, Luxol għamlu trippla minn Sarah Pace u naqqsu d-distakk għal 5 punti 22-27. Fid-disa minuta Depiro kienu 8 minn fuq pero’ baskets minn Becky Naudi u Amelie Paul u Becky Naudi naqqsu d-distakk għal 4 punti fil-halftime 28-32.

Fit-tielet sessjoni Depiro bdew b’run ta’ 9-3 bil-Luxol jitilfu lil Beverlee Zammit li kienet imkeċċija. Hawn wasal ukoll ir-raba’ foul ta’ Brincat u kellha tinbidel u Luxol b’sensiela ta’ freethrows minn Naudi u Greta Zarb raw lil Luxol inaqqsu d-distakk. Sat-tmiem huma kellhom ċans ikomplu jnaqqsu l-iżvantaġġ pero’ fallew il-freethrows biex Depiro bdew l-aħħar sessjoni 47-42 minn fuq. Hawn Luxol komplew jagħfsu u wara foul minn Antoinette Borg huma ppareġjaw 47-47 fit-tielet minuta. Il-coach ta’ Depiro Adrian Mifsud reġa’ daħħal fuq il-court lil Brincat u trippla tagħha tat bidu għal run deċisiva ta’ 10-2 minn Depiro. Luxol għamlu sforz ieħor u bi trippla ta’ Pace u freethrows ta’ Naudi waslu sa’ basket il-bogħod 55-57. Pero hawn saru biss punti minn Depiro li rebħu l-partita 63-55.

Luxol: S. Pace 10, M. Sciortino 11, L. Vella, B. Naudi 12, J. Busuttil Gaerty 3, G. Zarb 11, P. Ellul, A. Paul 4, D. Muscat 2, K. Portelli, B. Zammit 2.
McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud, M. Mifsud, S. Brincat 30, M. Bonett, F. Biancho 7, T. De Martino 4, A. Borg 10, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef, S. De Martino 12.
Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com