Kollox għat-tielet partita hekk kif Depiro jirbħu

Posted By Sportinmalta On April 2, 2012

minn Colin Schembri
Kampjonat MSV Life Irġiel – Playoffs 2

Depiro 69
Floriana Francesco Fenech 52
(11-15)(18-12)(19-17)(21-8)

Wara li Floriana Francesco Fenech rebħu l-ewwel semifinali tal-playoffs tal-kampjonat MSV Life kontra Depiro, għal dawn ta’ l-aħħar kien l-aħħar ċans li jibqgħu jisperaw li jaslu sal-finali. U meta l-Amerikan Greg Hamlin spiċċa fouled out fit-tielet sessjoni, dawn it-tamiet dehru li se jisfaxxaw. Pero’ wirja qalbiena mil-players ta’ Mario Tabone imexxija mill-aħjar Nigel Sultana ta’ l-istaġun flimkien ma’ Roderick Vella u Adrian Micallef rawhom joħorħġu rebbieħa 69-52 biex sfurzaw it-tielet partita li tintlagħab nhar is-Sibt li ġej. Floriana ddependew wisq fuq Evan Fjeld u meta dan il-player inqabad fil-morsa tad-difiża ta’ Depiro, ma kienx fadlilhom ideat biex jevitaw it-telfa. Il-partita bdiet bid-Depiro joħorġu tajjeb u bil-punti ta’ Hamlin ħadu l-ewwel vantaġġ 6-2. Ir-risposta ta’ Floriana waslet minn Fjeld pero’ wara li ħadu vantaġġ, kien Vella li bi trippla reġa poġġa lil Depiro fuq quddiem. Hawn Hamlin għamel it-tielet foul u kienu Floriana li ħadu l-vantaġġ bl-aħħar sitt punti tas-sessjoni 15-11. Fjeld kabbrilhom il-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni pero’ hawn Depiro għamlu run ta’ 12-0 bi trippli ta’ Sultana u Micallef biex marru 23-17 minn fuq. Fjeld u Adrian Baldacchino bi trippla reġgħu ppareġjaw il-logħba għal Floriana 23-23. Depiro wieġbu b’sitt punti qabel ma’ Clayton Calleja u Fjeld għamlu l-aħħar baskets Furjaniżi biex fl-intervall Depiro kienu 2 minn fuq 29-27.
Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni kien hemm baskets fuq kull naħa qabel ma Depiro għamlu break ta’ 8-2 b’punti ta’ Hamlin u Isaac Tanti biex marru 4 minn fuq 39-35. Fjeld reġa wieġeb għal Floriana pero’ Vella għamel trippla għal Depiro. Wara punti ta’ Fjeld, Hamlin ikometta l-ħames foul tiegħu u Floriana ppareġjaw bi trippla ta’ Ian Mercieca. Id-dħul ta’ Nigel Sultana kien strumentali għal Depiro li minkejja n-nuqqas ta’ Hamlin reġgħu għamlu 3 baskets oħra pero’ tilfu pussess fl-aħħar 2 sekondi biex is-sessjoni għalqet b’basket ta’ Fjeld fuq skor ta’ 48-44. Il-bidu ta’ l-aħħar strumentali kien stupend għal Depiro li għamlu break ta’ 14-0 b’Sultana jagħmel trippla flimkien ma’ 2 minn Vella biex Depiro fetħu vantaġġ ta’ 18 –il punt 62-44. Calleja u Fjeld wieġbu għal Floriana flimkien ma’ trippla ta’ Chris Sammut. Pero’ kienu Depiro li għamlu l-aħħar 5 punti tal-partita biex ħarġu rebbieħa 69-52 u issa l-finalist irid jiġi deċiż fit-tielet partita. Din il-logħba se tintwera fuq Malta Stars nhar L-Erbgħa 4 t’April.

Depiro: R. Vella 14, JP Schembri 1, N. Sultana 13, A. Aquilina 2, A. Portelli 2, A. Micallef 17, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 6, G. Hamlin 14.
Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 5, I. Mercieca 3, S. Sammut, C, Calleja 6, A. Baldacchino 3, E. Fjeld 29, A. Sultana 4, M. Ciantar 2.
Referees: Alfred Carbonaro, Steve Gouder, Clive Terribile

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com