L-ebda problema għat-tlieta l-kbar

Posted By Sportinmalta On January 26, 2011 @ 8:36 am

minn Colin Schembri

KAMPJONAT NISA’

McDonalds Depiro 93
Alyssa Ashley Loyola 37
(32-7)(15-6)(25-12)(21-12)

Għat-tielet darba fi spazju ta ġimgħa reġgħu iltaqgħu McDonalds Depiro kontra Alyssa Ashley Loyola. Wara r-rebħa ta’ Depiro fil-Louis Borg Cuo u r-rebħa ta’ Loyola fis-semifinali tas-shield, Depiro reġgħu ħarġu rebbieħa u din id-darba bi skor qawwi ta’ 93-37. Loyola kienu mingħajr Christina Grima u Ruth Spiteri ma ġietx utilizzata mil-coach Kevin Zammit. Depiro ħarġu agressivi u bdew il-logħba b’run ta’ 14-1 inkluża trippla ta’ Greta Zarb. F’nofs is-sessjoni Loyola wieġbu b’basket ta’ Sammy Jo Barbara bid-Depiro jagħmlu run oħra ta’ 8-0 b’diversi punti minn Kaila Agius. Sa tmiem is-sessjoni Depiro kienu diġa fetħu vantaġġ ta’ 25 punt 32-7. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni, kien hemm basket fuq kull naħa. Pero’ mbagħad Depiro għamlu run ta’ 13-0 li bdewha bi trippla ta’ Sarah Pace u marru 47-9 minn fuq. Loyola għalqu l-perjodu b’żewġ baskets wara xulxin għal skor ta’ 47-13 fil-halftime.

Il-ftuħ tat-tielet perjodu kienm maqsum bejn iż-żewġ timijiet pero reġgħat waslet run oħra qawwija minn Depiro ta’ 16-0 li għalquha bi trippla ta’ Antoinette Borg. Fl-aħħar sessjoni kien hemm spazju għal players żagħżagħ ta’ Depiroo b’Andrea Mifsud u Maria Bonett jagħmlu l-punti tagħhom b’Adalia Bonanno twieġeb għal Loyola. Mifsud u Justine Busuttil Gaerthy għalqu l-logħba għal Depiro li rebħu 93-37.

McDonalds Depiro: S. Pace 7, G. Zarb 10, J. Xuereb, A. Mifsud 7, M. Bonett 6, F. Biancho 6, J. Busuttil Gaerty 6, A. Borg 15, E. Vella, S. Micallef 5, K. Agius 30

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 1, F. Schembri 2, E. Falzon, M. Gatt 4, D. Hollier Said 6, R. Spiteri, A. Bonanno 8, P. Montanaro, K. Tonna 4, F. Camilleri 2, S.J. Barbara 6, K. Gouder 4.

Referees: Clive Terribile, Brian Sly

Hibs Medsea 47

Athleta 28

(10-2)(4-6)(16-6)(17-14)

Hibs ħallew għal wara l-mistrieħ biex kisbu s-seba’ rebħa tagħhom fil-kampjonat kontra Athleta 47-28. Hibs kienu mingħajr Doreen Micallef fil-waqt li Rhian Spiteri u Dorien Jager kienu neqsin għal Athleta. Leanne Sciberras għamlet l-ewwel basket ta’ l-Athleta bil-Hibs jiksbu l-ewwel punti tagħhom f’nofs is-sessjoni permezz ta’ Caroline Schiavone. Hibs baqgħu sejrin f’run ta’ 10-0 u temmew il-perjodu 10-2 minn fuq. It-tieni sessjoni kienet xotta ferm mil-punti bl-unika nota posittiva tkun ir-ritorn ta’ Maria Desira wara disa’ xhur wieqfa b’injury mill-istaġun li għadda. F’din is-sessjoni saru biss 10 punti biex Hibs daħlu jistrieħu 14-8 minn fuq.

Hibs bdew it-tielet perjodu b’run ta’ 6-0 qabel ma Athleta wieġbu b’żewġ baskets ta’ Sciberras u Kelly Busuttil. Hibs għalqu b’run ta’ 10-2 biex marru 30-14 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet l-aktar waħda li offriet punti bl-Athleta jibdew bil-baskets ta’ Chantelle Mifsud. Hibs imbagħad għamlu run ta’ 14-2 inkluża trippla ta’ Lucienne Bezzina. Athleta wieġbu bi trippla ta’ Sciberras u baskets ta’ Marusca Azzopardi Duca għal skor finali ta’ Hibs Medsea 47 Athleta 28,

Hibs Medsea: E. Micallef 4, E. Cassar 1, M. Zammit, L. Bezzina 11, F. Tabone, M. Desira 4, N. Arrigo 2, K. Baldacchino 10, J. Cardona 10, C. Schiavone 5.

Athleta: R, Sciberras, L. Calleja 2, L. Sciberras 11, M. Azzopardi Duca 4, G. Muscat, D. McKeon 2, F. Farrugia 2, K. Busuttil 2, C. Mifsud 5

Referees: Alfred Carbonaro, Brian Sly.

Luxol 71
Starlites Sports Experience 42
(19-9)(15-7)(15-19)(22-7)

Luxol ukoll irritornaw għar-rebħ meta fil-kampjonat għelbu lil Starlites Sports Experience 71-42. Luxol kienu mingħajr Emma Moore u Emma Grech fil-waqt li Amanda Farrugia u Claire Scicluna kienu neqsin għal Starlites. Basket ta’ Mandi Sciortino fetaħ il-partita u Starlites wieġbu bi trippla ta’ Charlotte Riolo u basket ta’ Lynsey Pirotta biex marru 5-3 minn fuq. Luxol wieġbu b’run ta’ 15-2 li għalquha bi trippla ta’ Beverlee Zammit u fi tmiem is-sessjoni kienu 10 minn fuq 19-9. Fit-tieni sessjoni Luxol għamlu run oħra ta’ 11-2 fosthom baskets ta’ Paula Ellul u Becky Naudi u marru 30-11 minn fuq. Starlites waqqfulhom din ir-run bil-punti ta’ Ariana Grixti pero fil-half time Luxol kienu 34-16 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu punti konsekuttivi ta’ Steffi De Martinoraw lil Luxol ikabbru l-vantaġġ 41-18. Hawn wasal l-aħjar mument ta’ Starlites fil-partita meta għamlu run ta’ 12-2 u d-distakk niżel għal 14-il punt fi tmiem il-perjodu 49-35. L-aħħar sessjoni kienet f’idejn il-Luxol li fl-ewwel seba’ minuti għamlu run ta’ 11-0. Trippla ta’ Lara Pisani għal Starlites waqqfulhom din ir-run pero l-Luxol reġgħu wieġbu b’run oħra ta’ 10-4 biex temmew il-partita b’rebħa ta’ 71-42.

Luxol: M. Sciortino 10, L. Serge 10, B. Naudi 2, S. De Martino 27, J. Carbonell 2, P. Ellul 6, D. Muscat 5, B. Zammit 5.

Starlites Sports Experience: C. Riolo 5, A. Grixti 4, S. Tabone 11, L. Pisani 3, C. Spiteri, L. Pirotta 6, N. Attard 6, M.C. Cilia 2, C. Scicluna 2, M. Cutajar 3.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.

Guzelpinar Imtarfa 42

St. Andrews 60
(6-14)(15-14)(11-20)(10-12)

St. Andrews għamlu double fuq Guzelpinar Imtarfa biex kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat. St. Andrews bdew b’run ta’ 10-0 fl-ewwel sitt minuti fosthom trippla ta’ Josette Calleja. Martha Abela għamlet l-ewwel punti ta’ Mtarfa pero’ iktar puntiu minn Calleja u Nadia Cassar raw lis-Saints itemmu s-sessjoni 14-6 minn fuq. Fit-tieni perjodu St. Andrews komplew ikabbru l-vantaġġ wara punti ta’ Madeleine De Martino 23-12, Abela wieġbet bi trippla għall-Imtarfa biex sal-mistrieħ huma naqqsu d-distakk għal 7 punti 21-28,

Fit-tielet sessjoni Mtarfa komplew inaqqru d-distakk wara trippla ta’ Carina Gauchi Meilak. Pero’ hawn St. Andrews għamlu run qawwija ta’ 15-0 bejn il-ħames u t-tmien minuta. Huma għalqu s-sessjoni 16 minn fuq 48-32. Fir-raba’ sessjoni l-punti ġew bil-mod tant li sa nofsha saru biss ħamsa minn St. Andrews b’Gaby Mifsud twieġeb għal Imtarfa. Basket minn Kay Portelli fetaħ l-aħħar run ta’ 7-2 minn St. Andrews li rebħu l-partita 60-42.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela 7, M. Agius, Y. Muscat, C. Gauchi Meilak 17, M. Azzopardi, R. Sammut, N. Said, C.M. Vella 4, F. Borg 4, M. Scicluna, G. Mifsud 6, A. Demanuele 4

St. Andrews: R. De Martino, N. Cassar 4, K. Portelli 5, J. Calleja 14, N. Scicluna, R. Magro 8, M. Caruana, J. Mangion 10, T. De Martino 4, M. De Martino 15.

Referees: Jennifer Mangani, Brian Sly.

Klassifika Kampjonat Nisa’
Team Logħob Rebħ Telf Punti
McDonalds Depiro 9 8 1 17
Luxol 9 7 1 17
Hibs Medsea 9 7 2 16
Alyssa Ashley Loyola 9 5 4 14
Athleta 9 5 4 14
St. Andrews 9 3 6 12
Starlites Sports Experience 9 1 8 10
GuzelPinar Mtarfa 9 0 9 09

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com