Luxol jaċċertaw it-tieni post qabel ic-championship pool

Posted By Sportinmalta On March 22, 2011

minn Colin Schembri

KAMPJONAT NISA’

McDonalds Depiro 77

Guzelpinar Imtarfa 38

(22-13)(22-1)(14-8)(19-16)

McDonalds Depiro rkupraw mit-telfa fit-tazza Louis Borg u kisbu t-tnax il-rebha fil-kampjonat meta għelbu lil Guzelpinar Imtarfa 77-38. Depiro kienu mingħajr Kaila Agius li kellha bżonn tmur lura l-Kanada għalkemm huwa mistenni li tkun lura għall-partiti deċisivi tal-istaġun li se jibdew dalwaqt. Kienu Mtarfa li fetħu l-punteġġ b’basket ta’ Maria Agius pero’ Depiro wieġbu b’run ta’ 13-2 li bdewha bi trippla ta’ Sarah Pace. Mtarfa rrispondew bi trippla ta’ Martha Abela u basket ta’ Carina Gauchi Meilak imma Depiro għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 9-3 u marru 22-13 minn fuq. It-tieni perjodu kien kompletament f’idejn Depiro fosthom bi trippli ta’ Greta Zarb u Justine Busuttil Gaerthy. Mtarfa setgħu jagħmlu biss freethrow permezz ta’ Agius qabel ma Depiro għalqu b’run ta’ 14-0 għal vantaġġ ta’ 30 punt fil-halftime 44-14.

Fit-tielet sessjoni r-ritmu tal-partita tbaxxa xi ftit bid-Depiro jiftħu bi trippla ta’ Francesca Biancho. Mtarfa naqqsu d-distakk wara baskets minn Gaby Mifsud u Agius pero’ Depiro għalqu bi break ta’ 7-0. L-aħħar perjodu kien xi ftit iktar bilanċjat. Kienu Depiro li fetħu b’run ta’ 14-3 inkluża trippla oħra ta’ Biancho. Mtarfa wieġbu bl-aħħar run ta’ 13-5 biex Depiro ħarġu rebbieħa 77-38.

McDonalds Depiro: S. Pace 9, G. Zarb 21, A. Mifsud 10, M. Bonett, F. Biancho 11, J. Busuttil Gaerty 7, A. Borg 9, C. Sammut 2, E. Vella 2, S. Micallef 6.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela 5, M. Azzopardi 2, C. Gauchi Meilak 15, R. Sammut, M. Agius 5, N. Said 3, M. Scicluna, G. Mifsud 8.

Referees: Jennifer Mangani, Robert Darmanin.

Alyssa Ashley Loyola 43
Starlites Sports Experience 31
(4-7)(13-10)(14-4)(12-10)

Alyssa Ashley Loyola rkupraw wara bidu negattiv u rnexxielhom jerbħu din il-partita kontra Starlites Sports Experience 43-31. L-ewwel sessjoni kienet b’punteġġ baxx u wara li Loyola għamlu l-ewwel erba’ punti Starlites wieġbu bi break ta’ 7-0 inkluża trippla ta’ Samantha Tabone. L-ewwel sessjoni għalqet bi Starlites 7-4 minn fuq u kellhom jagħddu iktar minn żewġ minuti mit-tieni waħda biex waslu l-ewwel punti. Kienu Starlites li għamlu run ta’ 7-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 14-4. Fis-seba’ minuta reġgħu waslu l-punti minn Loyola li b’run ta’ 13-3 ippareġjaw il-partita 17-17 sal-halftime.

Loyola komplew jagħfsu fil-bidu tat-tielet perjodu b’run oħra ta’ 7-0 u fis-sitt minuta marru 24-17 minn fuq. Starlites naqqsu d-distakk b’żewġ baskets ta’ Marylou Cutajar pero’ Loyola għalqu l-perjodu b’run ta’ 7-0 u fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 31-21. Trippla ta’ Fiona Schembri fetħet ir-raba’ perjodu għal Loyola pero’ Starlites reġgħu naqqsu d-distakk bi break ta’ 6-0. Sat-tmiem kein hemm punti fuq kull naħa biex Loyola żammew il-vantaġġ u ħarġu rebbieħa 43-31.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 9, F. Schembri 5, D. Said Hollier 5, R. Spiteri 4, A. Bonanno 2,P. Montanaro, F. Camilleri 4, S.J. Barbara 11, K. Gouder 7.

Starlites Sports Experience: C. Riolo 4, A. Grixti 1, S. Tabone 7, L. Pisani 2, C. Spiteri, L. Pirotta, N. Attard, M.C. Cilia, C. Scicluna 3, M. Cutajar 14.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

St. Andrews 34

Athleta 43
(0-7)(13-10)(15-7)(6-19)

Athleta komplew jissieltu għar-raba’ post tal-klassifika meta f’partita ta’ skor baxx għelbu lil St.Andrews 43-34. L-ewwel sessjoni ma tantx ħolqot entużjażmu meta Athleta għamlu seba’ punti fil-waqt li s-Saints ma rnexxielhomx isibu l-basket. Il-punti tal-Athleta ġew minn żewġ baskets ta’ Francesca Farrugia b’Dana McKeon tagħmel trippla bejniethom. Fl-ewwel tlett minuti tat-tieni sessjoni Athleta kabbru l-vantaġġ biex fir-raba’ minuta waslu l-ewwel punti ta’ St. Andrews b’run ta’ 9-0. Sa tmiem il-perjodu ż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin b’Josette Calleja tagħlaq bi trippla għas-Saints li fil-halftime kienu 4 minn taħt 13-17.

Wara l-mistrieħ kien hemm three pointer fuq kull naħa biex l-Athleta żammew vantaġġ t’erba’ punti 22-18. St. Andrews għamlu run ta’ 8-0 biex marru minn fuq u sa tmiem is-sessjoni fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 28-24. Freethrows ta’ Calleja u basket ta’ Nadia Cassar ħallew lil St. Andrews fuq quddiem 33-30 meta l-Athleta rrispondew bi trippli ta’ Lonecke Calleja. Fl-aħħar erba’ minuti Athleta għamlu run ta’ 13-1 biex rebħu l-partita 43-34.

St. Andrews: N. Cassar 5, R. De Martino, J. Calleja 11, K. Portelli, J. Mangion 10, T. De Martino 2, R. Zammit, M. De Martino 6.

Athleta: L. Calleja 12, R. Sciberras 2, M. Azzopardi Duca 5, G, Muscat 2, D. McKeon 13, F. Farrugia 6, K. Busuttil, C. Mifsud 3.

Referees: Clive Terribile, Jennifer Mangani

Hibs Medsea 33

Luxol 40

(6-10)(12-8)(7-18)(8-4)

Luxol aċċertaw ruħhom mit-tieni post tal-klassifika b’rebħa fuq Hibs Medsea 40-33. Kif jindika l-iskor il-partita qatt ma laħqet livelli għolja biż-żewġ timijiet ikunu fjakki fl-attakki tagħhom. Wara li Hibs ħadu vantaġġ ta punt fir-raba’ minuta 4-3, Luxol għamlu break ta’ 7-1 u temmew is-sessjoni 10-6 minn fuq. Hibs ippareġjaw fil-ftuħ tat-tieni sessjoni 10-10 pero’ Luxol reġgħu ħadu vantaġġ sas-seba’ minuta 16-12. Hibs għamlu break ta’ 6-0 bil-punti ta’ Joselle Cardona imma Luxol reġa’ rnexxielhom jippareġjaw sal-halftime 18-18.

Wara l-mistrieħ Luxol ħarġu iktar agressivi u fl-ewwel żewġ minuti għamlu run ta’ 7-0 bil-Hibs iwieġbu bil-freethrows ta’ Doreen Micallef. Luxol għamlu tlett trippli mingħajr risposta minn Steffi De Martino u Beverlee Zammit biex fetħu vantaġġ ta’ 13-il punt 34-21. Fil-ftuħ tal-aħħar perjodu Hibs għamlu sforz ieħor u b’run ta’ 6-0 fl-ewwel żewġ minuti naqqsu d-distakk għal ħames punti 31-36. Luxol wieġbu bi freethrows ta’ Emma Moore u trippla oħra ta’ Zammit. Fis-sitt minuta Kirsten Baldacchino għamlet basket ieħor għal Pawlisti pero dawn kienu l-aħħar punti tal-partita biex Luxol ħarġu rebbieħa 40-33.

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar 2, M. Zammit, L. Bezzina 2, F. Tabone, M. Desira, D. Micallef 9, A. Darmanin 6, N. Arrigo, K. Baldacchino 4, J. Cardona 10.

Luxol: E. Moore 3, M. Sciortino 6, L. Serge, B. Naudi 5, S. De Martino 16, P. Ellul, D. Muscat, E. Grech 2, B. Zammit 8.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com