Luxol komplew isaħħu t-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil Depiro

Posted By Sportinmalta On January 30, 2012

minn Colin Schembri
Kampjonat MSV Life Irġiel

Bupa Luxol 72
Depiro 69
(17-19)(13-13)(28-8)(14-29)

Bupa Luxol komplew isaħħu t-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil Depiro 72-69 f’partita oħra sabiħa. Għal Depiro din kienet it-tielet telfa konsekuttiva fil-kampjonat wara r-rebħa fl-ewwel ħarġa tagħhom kontra Siġġiewi. Għal Luxol għadu nieqes Lee Ross fil-waqt li għal Depiro rritorna Adrian Micallef. Għal Luxol kellhu partita tajba ħafna Marco Mercieca flimkien mas-solitu Belin fil-waqt li Depiro għandhom players importani li għaddejin minn perjodu negattiv. Ma dankollhu kienu Depiro li bdew b’run ta’ 9-2 u wara li Belin wieġeb għal Luxol, huma reġgħu għamlu sitt punti oħra għal skor ta’ 15-4. Luxol naqqsu d-distakk wara iktar punti minn Belin u trippla minn Jean Paul Bonnici pero’ Depiro għalqu l-ewwel sessjoni basket minn fuq 19-17. Depiro baqgħu fuq quddiem fit-tieni sessjoni bi trippla ta’ Andrew Aquilina wara li iktar qabel Bonnici kien għamel it-tieni waħda tiegħu. Luxol għamlu run ta’ 11-4 bi trippla ta’ Nikola Vasovic pero qabel l-intervall basket ta’ Portelli ra lil Depiro jidħlu jistrieħu fuq quddiem 32-30.

Fit-tielet sessjoni beda s-show ta’ Belin li f’run ta’ 19-0 għamel ħames trippli fosthom 3 wara xulxin biex Luxol ħadu l-partita f’idejhom. Ray Muscat tefa lil Greg Hamlin jiddefendi lil Belin pero’ l-ħsara kienet saret u b’diversi punti ta’ Mercieca u s-sitt trippla ta’ Belin Luxol temmew is-sessjoni 58-40 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Depiro ppruvaw jirkupraw speċjalment wara run ta’ 14-4 bi trippli minn Aquilina u Adrian Micallef. Mercieca u Bonnici reġgħu wieġbu għal Luxol pero Hamlun u Aquilina għamlu żewġ trippli oħra u fl-aħħar ħinijiet id-distakk bejn iż-żewġ timijiet reġa nizel għal 5 punti. Pero’ ma kienx għad fadal ħin u minkejja li Aquilina għamel trippla oħra għal Depiro huma ma rnexxielhomx jevitaw it-telfa biex Luxol ħarġu rebbieħa 72-69.

Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca 15, J. Belin 33, A. M. Trgona 4, A. Costa  N. Vasovic 7, T. Paris, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 13, S. Capello.

Depiro: R. Vella 2, JP Schembr, A. Aquilina 17, A. Portelli4, A. Micallef 11, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 10, G. Hamlin 25.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com