Luxol u Alyssa Ashley Loyola jiksbu t-tieni rebħa

minn Colin Schembri

McDonalds Depiro 41

Luxol 55

(8-11)(5-11)(13-19)(15-14)

Luxol kisbu t-tieni rebħa tagħhom fuq McDonalds Depiro fejn wara r-rebħa fis-Super Cup rebħulhom ukoll fis-Saint James Hospital Shield 55-41. Għal Depiro din kienet it-tielet telfa konsekuttiva u żgur li għal coach tagħhom Brian Mifsud il-waqfa ta’ ħmistax se sservi biex jara kif jista’ jerġa jogħlli l-moral tal-players tiegħu. Depiro bdew tajjeb fejn minkejja trippla ta’ Sarah Pace għal Luxol, huma marru 8 minn fuq 8-5. Luxol wieġbu b’run ta’ 6-0 biex ħadu l-vantaġġ fl-aħħar minuta 11-8. Luxol komplew jagħfsu bi break ieħor ta’ 6-0 fil-ftuħ tat-tieni sessjoni. Depiro wieġbu b’5 punti pero’ trippla ta’ Greta Zarb u basket ta’ Louisa Serge taw vantaġġ ta’ 9 punti lil Luxol fil-mistrieħ 22-13.

Wara l-intervall, Luxol bdew bi break ta’ 10-2 bil-punti jaslu mil-koppja żagħżugħa Serge u Becky Naudi. Minkejja li Depiro wieġbu bi trippla ta’ Steffi De Martino, Luxol fetħu vantaġġ ta’ 20 punt 41-21. Depiro għamlu l-aħħar 5 punti biex l-aħħar sessjoni bdiet bil-Luxol minn fuq 41-26. De Martino kompliet tnaqqas id-distakk fil-bidu tar-raba’ sessjoni pero’ trippla ta’ Beverlee Zammit u basket ta’ Mandi Sciortino reġgħu kabbru l-vantaġġ tac-champions. Lejn tmiem il-partita kien hemm trippla fuq kull naħa biex Luxol rebħu l-partita 55-41.

McDonalds Depiro: A. Mifsud 2, E. Grech, J. Xuereb, T. De Martino, M. Bonett 1, F. Biancho 10, G. Mifsud, A. Borg 11, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 2, S. De Martino 15.

Luxol: S. Pace 3, M. Sciortino 12, L. Serge 10, B. Naudi 10, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 8, K. Portelli, A. Paul 4, D. Muscat 3, L. Chetcuti, L. Vella, B. Zammit 5.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com