Luxol u McDonalds Depiro jikkwalifikaw

Posted By Sportinmalta On January 20, 2011 @ 11:29 am

minn Colin Schembri

TAZZA LOUIS BORG NISA’

Starlites Sports Experience 21

Luxol 87

(6-21)(7-12)(6-25)(2-29)

Din il-partita tat bidu għar-raba’ kompetizzjoni tal-istaġun u Luxol għelbu lil Starlites Sports Experience 87-21. Luxol ħadu l-jump ball u wara erba’ sekondi għamlu l-ewwel basket permezz ta’ Beverley Zammit. Starlites naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Marylou Cutajar pero` Luxol għamlu run ta’ 13-2 biex temmew is-sessjoni 21-6 minn fuq. Fit-tieni perjodu Starlites fetħu bil-free-throws ta’ Lara Pisani pero` Luxol għamlu erba’ baskets wara xulxin u marru 31-10 minn fuq. Marie Claire Cilia għamlet trippla għal Starlites qabel ma Luxol għalqu l-perjodu permezz ta’ Emma Grech għal skor ta’ 33-13 fil-mistrieħ.

It-tielet perjodu kien iddominat minn Luxol li għamlu żewġ runs qawwija ta’ 11-0 u 12-0. Huma bdew jippressaw kontinwament u serqu diversi blalen fejn Starlites sabu diffikulta biex jagħmlu l-baskets. L-aħħar sessjoni kompliet bl-istess ritmu u Luxol fetħu mal-ewwel b’run ta’ 9-0 inkluża trippla ta’ Mandi Sciortino. Samantha Tabone għamlet l-uniku basket ta’ Starlites f’din is-sessjoni. Luxol għalqu l-partita b’run qawwija ta’ 20-0 fosthom tliet trippli ta’ Zammit biex ħadu rebħa komda ta’ 87-21.

Starlites Sports Experience: C. Riolo, A. Grixti 2, S. Tabone 4 L. Pisani 2, C. Spiteri, C. Scicluna, L. Pirotta, N, Attard 2, M.C. Cilia 3, C. Scicluna 4, M. Cutajar 4.

Luxol: E. Moore 19, M. Sciortino 6, L. Serge 4, B. Naudi 11, S. De Martino 14, P. Ellul 4, D. Muscat, J. Carbonell 3, E. Grech 6, B. Zammit 20.

Referees: Jean Paul Sammut, Luke Camilleri

McDonalds Depiro 56

Alyssa Ashley Loyola 42

(15-4)(16-10)(12-18)(13-10)

McDonalds Depiro wkoll għaddew għas-semifinali tat-tazza Louis Borg meta f’partita interessanti għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 56-42. Il-partita bdiet b’ritmu baxx fejn sa nofs is-sessjoni Depiro kienu 10-3 minn fuq. Il-punti kollha ġew minn Kaila Agius għal Depiro u Christina Grima għal Loyola b’tal-ewwel ikollha wkoll żewġ trippli. Depiro kabbru l-vantaġġ bi three pointer ta’ Greta Zarb u basket ta’ Antoinette Borg u marru 15-4 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex id-distakk baqa’ ta’ 11-il punt 21-10. Trippla oħra ta’ Zarb fetħet break ta’ 7-0 minn Depiro. Baskets ta’ Grima waqqfitilhom din ir-run pero` Depiro għalqu bi trippla ta’ Borg u fil-mistrieħ kienu 31-14 minn fuq.

It-tielet perjodu fetaħ bil-punti ta’ Grima għal Loyola b’Depiro jwieġbu bi break ta’ 6-0. Loyola għamlu rimonta b’run ta’ 16-4 li rathom inaqqsu d-distakk għal 9 punti 32-41. Depiro għalqu l-perjodu b’basket ta’ Agius għal skor ta’ 43-32. Fir-raba’ sessjoni Loyola tilfu lil Abigail Sciberras b’injury u ħassew in-nuqqas tagħha speċjalment taħt il-boards hekk kif Agius kompliet tagħmel il-punti għal Depiro. L-aħħar sforz ta’ Loyola wassalhom sa sitt punti taħt l-avversarji fl-aħħar żewġ minuti u nofs. Pero` punti konsekuttivi ta’ Francesca Biancho aċċertaw ir-rebħa għat-team tal-Imtarfa fuq skor ta’ 56-42.

McDonalds Depiro: S. Pace 4, G. Zarb 11, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho 6, J. Busuttil Gaerty,  A. Borg 10, E. Vella, S. Micallef, K. Agius 25

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty, F. Schembri 4, E. Falzon 2, M. Gatt, D. Said Hollier, R. Spiteri 4, K. Tonna, C. Grima 17, A. Sciberras 11, F. Camilleri, S.J. Barbara 2, K. Gouder 2.

Referees: Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com