Magħrufa l-erba’ timijiet għal play-offs

Posted By Sportinmalta On March 12, 2012

minn Colin Schembri
Kampjonat MSV Life Irġiel

Depiro 72
Bupa Luxol 71
(21-12)(22-19)(12-15)(17-25)

Depiro għelbu lil Bupa Luxol 72-71 fl-aħħar partita biex issa l-erba’ timijiet li se jkunu fil-play-offs huma magħrufa. Luxol se jkollhom jikkuntentaw bil-ħames post tal-klassifika fil-waqt li l-posizzjoni finali ta’ Siġġiewi, Floriana u Depiro trid tiġi determinata fl-aħħar ġurnata ta’ logħob fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla. Depiro kienu mingħajr Isaac Tanti għal din il-partita fil-waqt li Luxol kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Għal Luxol ma kienux biżżejjed il-51 punt u 20 rebound ta’ Jeron Belin hekk kif ftit waslu punti mill-players Maltin l-oħra. Depiro bdew tajjeb bi trippli minn Andrew Aquilina u baskets minn Roderick Vella u Adrian Micallef u fis-sitt minuta kienu 15-4 minn fuq. Luxol għajtu time-out pero’ Depiro baqgħu fil-kontroll u temmew is-sessjoni 21-12 minn fuq. Aquilina fetaħ it-tieni sessjoni bit-tielet trippla tiegħhu pero’ Luxol bdew inaqqru d-distakk bil-punti ta’ Belin. Depiro reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt meta waslu l-ewwel punti ta’ Greg Hamlin li għamel l-aħħar 8 punti tagħhom. Fl-intervall Depiro kienu 12 –il punt minn fuq 43-31.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin sakemm trippla ta’ Lee Ross naqqset id-distakk għal 9 punti. Depiro rrispondew permezz ta’ Hamlin u Micallef biex baqgħu 9 minn fuq 55-46 fi tmiem il-perjodu. Luxol bdew aħjar fl-aħħar sessjoni u bi trippli minn Belin u Ross waslu sa’ 3 punti ‘l bogħod 54-57. Depiro rkupraw bi tlett baskets konsekuttivi pero’ Belin kompla bil-punti tiegħhu u għal darb’oħra d-distakk niżel għal 3 punti 60-63. Micallef għamel 5 punti mportanti ferm għal Depiro pero’ fl-aħħar minuta Ross reġa naqqas id-distakk għal punt 67-68. Hawn Depiro bdew jagħmlu l-freethrows u hekk kif Luxol bdew jieħdu l-ballun Belin għażel li ma jmurx għat-three pointer anke fl-aħħar 4 sekondi biex Depiro rebħu l-partita 72-71.

Depiro: R. Vella 10, JP Schembri, N. Sultana 2, A. Aquilina 15, A. Portelli 6, A. Micallef 18, E. Lupo 5, M. Mallia, G. Hamlin 16.
Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca 11, J. Belin 51, A. M. Trigona, L. Ross 9, A. Costa, N. Vasovic, T. Paris, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici, S. Capello.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com