Mario Tabone jibda ma Depiro b’rebha

Posted By Sportinmalta On February 13, 2012

minn Colin Schembri

Depiro 73
Siġġiewi 68
(9-15)(19-14)(14-19)(31-20)

Sas-sitt minuta ta’ l-aħħar sessjoni, Mario Tabone deher li se jibda l-impenji tiegħu fuq il-bank ta’ Depiro b’telfa meta Siġġiewi kienu 60-47 minn fuq. Pero’ rimonta stupenda mill-players tiegħu mmexxija minn Greg Hamlin u Roderick Vella rathom jieħdu vantaġġ fl-aħħar sekondi bi trippla ta’ Jean Paul Schembri li tathom ir-rebħa 73-68. Depiro kienu mingħajr Emanuel Lupo fil-waqt li Siġġiewi kienu wkoll mingħajr Louis Camilleri u nkludew liż-żagħżugħ Adam Cutajar. Il-partita kienet missielta bis-Siġġiewi jieħdu vantaġġ bikri ta’ 10-2 sar-raba’ minuta. Baskets minn Abraham Portelli bdew ir-rimonta ta’ Depiro b’Alan Borg iwieġeb għal Siġġiewi li temmew is-sessjoni 15-9 minn fuq. Borg flimkien ma Chris Meier raw lil Siġġiewi jkabbru d-distakk fil-ftuħ tat-tieni sessjoni 22-13. Adrian Micallef kien l-aktar attiv għal Depiro li sad-disa’ minuta marru minn fuq 28-26. Fl-aħħar minuta Siġġiewi għamlu tlett free-throws biex daħlu jistrieħu 29-28 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ wara iktar punti minn Micallef b’Alan Borg jispiċċa fouled out fit-tielet minuta bil-coach ta’ SiġġiewiPeter Farrugiajagħjjat lil żagħżugħ ieħor Ryan Agius. Agius beda run ta’ 14-4 minn Siġġiewi fejn kien hemm ukoll trippla ta’ Karl Borg biex Siġġiewi bdew l-aħħar sessjoni 48-42 minn fuq. Wara li Depiro naqqsu d-distakk għal 3 punti, Siġġiewi għamlu break ieħor din id-darba ta’ 12-2 biex ħadu vantaġġ ta’ 13 –il punt 60-47. Hawn pero’ waslet ir-rimonta ta’ Depiro mibdija minn baskets, dunk u trippla ta’ Hamlin biex fid-disa’ minuta trippla ta’ Vella ġabet l-iskor indaqs 65-65. Marco Matijevic reġa poġġa lil Siġġiewi minn fuq pero fl-attakk ta’ wara Andrew Aquilina ppareġja bi trippla. Siġġiewi ma skurjawx u meta kien għad fadal 10 sekondi assist ta’ Vella lil Schembri li għamel it-three pointer deċisiv li bih Depiro marru fuq quddiem 71-68. Kien għad fadal pusess għal Siġġiewi li pero’ tilfu l-ballun u free-throws ta’ Aquilina serrħu ras Depiro li rebħu l-partita 73-68.

Depiro: R. Vella 9, JP Schembri 3, A. Aquilina 11, A. Portelli 6, A. Micallef 17, M. Mallia 6, I. Tanti 4, G. Hamlin 17.

Siġġiewi: R. Agius 4, A. Cutajar, E. Xuereb 2, A. Borg 10, K. Borg 13, C. Maeir 19, C. Codomaris, M. Matijevic 20.

Referees: Steve Gouder, Emanuel Mangani, Clive Terribile

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com