Mc Donalds Depiro jirkupraw u jibqgħu fil-quċċata

Posted By Sportinmalta On March 28, 2012

minn Colin Schembri
KAMPJONAT MSV LIFE NISA

Hibs Melita Gardens 59
McDonalds Depiro 72
(13-20)(7-19)(21-16)(18-17)

McDonalds Depiro rritornaw għar-rebħ meta kisbu rebħa mportanti kontra Hibs Melita Gardens 72-59. Depiro kellhom bidu mill-aqwa fl-ewwel żewġ sessjonijiet u bnew vantaġġ li żammew sa’ tmiem il-partita. Hibs kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li għal Depiro Maria Bonett ħadet post Martina Mifsud. Depiro bbażżaw l-attakk tagħhom prattikament fuq tlett players pero’ l-wirja li kellhom fid-difiża Francesca Biancho u Vontisha Woods kienet strumentali. Il-partita kienet bilanċjata fl-ewwel minuti tant li f’nofs l-ewwel sessjoni kien hemm parita 7-7 b’Antoinette Borg tagħmel trippla għal Depiro b’Lucienne Bezzina tagħmel oħra għal Hibs. Wara li Hibs marru fuq quddiem, Depiro għamlu run ta’ 9-0 bi trippla oħra ta’ Borg marru 20-13 minn fuq. Il-mument brillanti ta’ Depiro kompla fit-tieni perjodu b’run stupenda ta’ 16-0 mibdija bi trippla ta’ Samantha Brincat u magħluqa b’oħra ta’ Francesca Biancho. Hibs wieġbu b’punti ta’ Lena Gipson pero’ fl-intervall Depiro kienu 39-20 minn fuq.

Wara l-mistrieħ waslu wkoll it-trippli ta’ Steffi De Martino biex Depiro komplew iżidu l-vantaġġ. Hawn pero’ Hibs għamlu rimonta b’run ta’ 14-2 b’diversi punti ta’ Nadia Arrigo u Gipson biex naqqsu d-distakk għal 11 –il punt. Adrian Mifsud għajjat time out u Brincat għamlet żewġ three pointers wara xulxin biex reġgħat tat vantaġġ komdu lil Depiro għalkemm Hibs għalqu l-perjodu bi tlett punti għal skor ta’ 41-53. Fl-ewwel ħames minuti tal-aħħar sessjoni, Brincat u De Martino komplew bit-trippli tagħhom u għalkemm Hibs bdew jirrispondu, kienu wisq il-bogħod biex jinkwetaw lil Depiro li ħadu r-rebħa bo skor ta’ 72-59.

Hibs Melita GardensJ. Scerri, E. Cassar 4, M. Zammit, L. Bezzina 7, F. Mifsud, M. Desira, K. Gatt, R. Scerri, N. Arrigo 6, K. Baldacchino 10, J. Cardona 5, L. Gipson 27.

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud, J.Xuereb, S. Brincat 27, V. Woods 5, F. Biancho 6, T. De Martino, A. Borg 14, C. Sammut, M. Bonett, S. Micallef, S. De Martino 20.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com