McDonalds Depiro b’wirja mill-aqwa

Posted By Sportinmalta On February 15, 2012

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

McDonalds Depiro 65
Alyssa Ashley Loyola 54
(14-12)(15-10)(20-18)(26-14)

McDonalds Depiro baqgħu mingħajr telfa fil-kampjonat meta f’konfront dirett għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 54-54 biex tawhom l-ewwel telfa. Kienet wirja ta’ karattru mil-players ta’ Adrian Mifsud hekk kif Depiro kellhom żewġ elementi ferm importanti nieqsa. Kemm l-Amerikana Vontisha Woods kif ukoll Samantha Brincat kienu nieqsa għal Depiro fil-waqt li għal Loyola ġiet lura Kristy Tonna. Il-partita fetħet bi trippla fuq kull naħa u wara baskets ta’ l-Amerikana Desarae Johnson għal Loyola, Depiro ħadu vantaġġ bi trippli ta’ Francesca Biancho u Steffi De Martino flimkien ma’ baskets minn Antoinette Borg. Johnson naqqset id-distakk sa’ tmiem is-sessjoni 12-14. Depiro reġgħu fetħu tajjeb fit-tieni sessjoni meta fl-ewwel erba’ minuti bi break ta’ 7-2. Minkejja l-punti ta’ Johnson, Depiro żiedu l-vantaġġ b’baskets ta’ Andrea Mifsud u Borg flimkien ma De Martino biex daħlu jistrieħu 7 minn fuq 29-22.

Fl-ewwel nofs tat-tielet sessjoni il-vantaġġ ta’ Depiro kompla jikber b’run ta’ 11-2. Bid-difiża żona ta’ Depiro taħdem b’mod perfett, Loyola bdew isibu diffikulta biex jagħmlu l-punti għalkemm Johnson kompliet tirsisti. Pero’ lejn tmiem il-perjodu żewġ trippli ta’ Borg raw lil Depiro jtemmu l-perjodu 49-40 minn fuq. Huma bdew l-aħħar sessjoni bi break ieħor ta’ 6-0 b’punti minn Mifsud u Borg. Loyola għamlu rimonta meta De Martino ġiet fouled out pero’ waslu biss sa’ 7 punti 49-56. Minn hemm il-quddiem sensiela ta’ freethrows minn Depiro ħallewhom fuq quddiem biex rebħu l-partita 65-54 u baqgħu f’ras il-klassifika.

McDonalds Depiro: A. Mifsud 9, G. Mifsud, J. Xuereb, M. Mifsud, M. Scicluna, F. Biancho 13, T. De Martino 1, A. Borg 23, C. Sammut, E. Vella 1, S. Micallef 1, S. De Martino 17.

Alyssa Ashley Loyola  E. Moore 2, C. Grima 9, J. Doughty 2, D. Hollier 7, K. Tonna, A. Bonanno, J. Mangion, A. Sciberras 4, S.Schembri Wismayer, S.J. Barbara, D. Johnson 30

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com