McDonalds Depiro f’finali oħra

Posted By Sportinmalta On March 1, 2011

minn Colin Schembri.

Bank of Valletta knock-out Nisa’

Luxol 57

McDonalds Depiro 62

(16-11)(16-19)(3-21)(22-11)

Luxol vs Depiro

Luxol vs Depiro

McDonalds Depiro eliminaw lil Luxol minn tazza oħra fejn wara li kienu rebħulhom fit-tazza Louis Borg, rebħulhom ukoll 62-57 fis-semifinali tal-Bank of Valletta knock-out. Il-partita kienet simili għas-semifinali ta’ qabel meta kienu Luxol li fetħu tajjeb bid-Depiro jirkupraw mal-ħin. Lejn it-tmiem Luxol reġa’ kellhom iċ-ċans li jsalvaw il-partita pero Depiro reġgħu ħadu vantaġġ li kkontrollaw. Luxol kellhom lura lil Emma Grech u Beverlee Zammit fil-waqt li Greta Zarb kienet nieqsa għal Depiro.Il-partita kellha bidu kwiet tant li fis-sitt minuta Depiro kienu punt minn fuq 3-2. Hawn Luxol għamlu run ta’ 7-0 inkluża trippla ta’ Mandi Sciortino biex marru fuq quddiem. Depiro wieġbu bi three pointers ta’ Kaila Agius u Sarah Pace biex naqqsu d-distakk għal basket 9-11. Fl-aħħar attakk, trippla ta’ Steffi De Martino tat vantaġġ ta’ 5 punti lil Luxol 16-11. Luxol fetħu t-tieni perjodu b’iktar trippli ta’ Sciortino u De Martino biex żiedu l-vantaġġ 22-13. Hawn Depiro wieġbu bi break ta’ 8-0 biex ġew punt il-bogħod. Luxol baqgħu fuq quddiemb’iktar three pointers ta’ Sciortino u għalkemm Depiro ippareġjaw 30-30 wara break ta’ 6-0, basket ta’ Becky Naudi poġġa lil Luxol fuq quddiem fil-halftime 32-30.

It-tielet sessjoni kienet storja differenti hekk kif Depiro bdewha b’run stupenda ta’ 15-0 inklużi tlett trippli ta’ Francesca Biancho. L-uniku risposta ta’ Luxol f’din is-sessjoni ġiet minn trippla ta’ De Martino pero’ Depiro għamlu l-aħħar sitt punti tas-sessjoni biex fetħu vantaġġ ta’ 16-il punt 51-35. Luxol urew iktar determinazzjoni fil-ftuħ tal-aħħar perjodu meta għamlu run sabiħa ta’ 15-0 li għalquha bi trippla oħra ta’ De Martinou fis-sitt minuta waslu sa basket il-bogħod 50-52. Depiro ħadu ftit tan-nifs b’basket ta’ Agius pero’ fl-aħħar 54 sekonda Luxol marru fuq quddiem 57-56 wara basket u free-throw ta’ Diana Muscat. Il-coach ta’ Depiro Brian Mifsud ħa time-out u free-throws ta’ Agius u Pace reġgħu dawwru l-iskor favur Depiro li żammew il-vantaġġ sat-tmiem u rebħu l-partita 62-57.

Luxol: E. Moore 3, M. Sciortino 14, L. Serge, B. Naudi 2, S. De Martino 27, P. Ellul, D. Muscat 7, E. Grech 2, B. Zammit 2.

McDonalds Depiro: S. Pace 15, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho 17, J. Busuttil Gaerty 2, A. Borg 3, C. Sammut, E. Vella 6, S. Micallef 2, K. Agius 17

Referees: Jean Paul Sammut, Clive Terribile.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com