McDonalds Depiro fetħu l-kampjonat b’rebħa

Posted By Sportinmalta On January 10, 2012

minn Colin Schembri.

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

McDonalds Depiro 50

Starlites Sports Experience 28

(13-4)(10-9)(14-6)(13-9)

McDonalds Depiro wkoll fetħu l-kampjonat b’rebħa meta kif mistenni għelbu lil Starlites Sports Experience 50-28. Edwina Vella għadha nieqsa għal Depiro u Starlites kienu mingħajr Christine Spiteri u Stephanie Davies. Wara li Starlites għamlu l-ewwel basket tal-partita minn Marilou Cutajar, Depiro wieġbu b’run ta’ 6-0. Wara li Cutajar għamlet basket ieħor, reġgħu kienu Depiro li bi break ieħor ta’ 7-0 għalqu s-sessjoni 13-4 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu xi ftit u wara freethrows ta’ Tina De Martino, Starlites wieġbu bi trippla ta’ Lyndey Pirotta. Wara xi minuti bla punti, Starlites għamlu 4 għal 1 ta’ Depiro li fl-intervall kienu 10 minn fuq 23-13.

It-tielet sessjoni bdiet bi trippla oħra minn Starlites permezz ta’ Marie Claire Cilia. Hawn Depiro għamlu run ta’ 10-2 fosthom trippla ta’ Francesca Biancho għal skor ta’ 33-18. Starlites ma setgħux iwieġbu ħlief bi freethrows ta’ Cutajar b’Depiro jagħmlu 4 punti oħra u jtemmu l-perjodu 37-19 minn fuq. L-aħħar sessjoni fetħet bi trippla oħra ta’ Biancho. Il-punti mbagħad reġgħu waqfu fuq iż-żewġ naħat għalkemm lejn it-tmiem Starlites naqqsu d-distakk b’sensiela ta’ freethrows. Basket ta’ Martina Mifsud għalaq il-partita favur Depiro fuq skor finali ta’ 50-28.

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 2, J. Xuereb 2, S. Brincat 4, M. Scicluna, F. Biancho 10, T. De Martino 10, A. Borg 7, C. Sammut 2, M. Mifsud 2, S. Micallef, S. De Martino 6.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 4, C. Riolo 2, A. Grixti, S. Tabone 2, S. Cutajar 1, L. Pirotta 3, N. Attard 2, M.C. Cilia 5, C. Scicluna 2, M. Cutajar 7.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com