McDonalds Depiro jibdew b’rebħa

 Posted By Sportinmalta On April 17, 2012

minn Colin Schembri.

KAMPJONAT MSV LIFE NISA – Playoffs Semifinali

McDonalds Depiro 69
Alyssa Ashley Loyola 50
(14-9)(14-9)(14-19)(27-13)

McDonalds Depiro wkoll bdew is-serje tagħhom b’rebħa konvinċenti fuq Alyssa Ashley Loyola 69-50 biex ħadu l-ewwel vantaġġ. Kienet il-ħames rebħa ta’ Depiro fuq Loyola minn sitt partiti u waslet wara wirja tajba minn diversi players fosthom Samantha Brincat, Vontisha Woods u Steffi De Martino. Loyola sofrew id-difiża fuq Christina Grima u Desarae Johnson minkejja li bejniethom għamlu 28 punt. L-ewwel sessjoni kienet bilanċjata għal ħin twil biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin. Fl-aħħar minuta u nofs, Depiro għamlu ħames punti mingħajr risposta biex temmew il-perjodu 14-9 minn fuq. L-istess skor kien repetut fit-tieni sessjoni fejn Depiro bdew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Brincat fosthom trippla, Antoinette Borg u De Martino. Loyola ma kellhomx risposta kontinwa biex fl-intervall kienu 10 minn fuq 28-18.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni Loyola tjiebu ferm u b’punti kontinwi minn Grima u Jean Doughty għamlu run ta’ 14-4 biex naqqsu d-distakk għal 2 punti 32-34. De Martino għamlet tlett baskets importanti għal Depiro u għalkemm Loyola wieġbu permezz ta’ Emma Moore, Depiro temmew is-sessjoni 42-37 minn fuq. Huma bdew qawwi anke fil-bidu tar-raba’ perjodu b’run ta’ 12-1 bi trippla ta’ De Martino u punti ta’ Woods u fetħu vantaġġ ta’ 16 –il punt 54-38. Il-moral ta’ Loyola tbaxxa u hekk kif fis-seba’ minuta De Martino bi trippla tat vantaġġ ta’ 23 punt lil Depiro, l-partita kienet mitmuma. Johnson għolliet il-punteġġ tagħha u ta’ Loyola bi tlett baskets konsekuttivi pero’ Depiro reġgħu ħadu l-kontroll tal-partita 69-50.

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud, M. Bonett, S. Brincat 10, V. Woods 16, F. Biancho 8, T. De Martino, A. Borg 7, C. Sammut, M. Mifsud, S. Micallef, S. De Martino 28.
Alyssa Ashley Loyola  E. Moore 7, C. Grima 15, J. Doughty 7, D. Hollier, K. Tonna 3, A. Bonanno 2, J. Mangion, A. Sciberras, S.J. Barbara 2, D. Johnson 14.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com