McDonalds Depiro jikkwalifikaw wara żewġ konfronti kumbattuti u Luxol b’rebħ faċli

Posted By Sportinmalta On December 6, 2011

minn Colin Schembri
TAZZA LOUIS BORG NISA

McDonalds Depiro 45
Alyssa Ashley Loyola 43
(8-6)(18-18)(16-6)(13-13)

F’partita missielta ferm iktar minn ta’ qabilha McDonalds Depiro għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 45-43 u din il-preliminari għadha miftuħa beraħ. Kellhu jkun basket ta’ Samantha Brincat mal-horn finali li ta rebħa lil players ta’ Adrian Mifsud. Fl-ewwel seba’ minuti l-punti ġew biss minn Depiro f’run ta’ 8-0. Imbagħad kienu Loyola li wieġbu b’sitt punti u temmew is-sessjoni 6-8 minn taħt. Il-partita baqgħet f’bilanċ totali għalkemm trippla ta’ Steffi De Martino tat vantaġġ ta’ 5 punti lil Depiro 15-10. Wara li Depiro kabbru d-distakk għal 7 punti, Loyola wieġbu bil-baskets ta’ Laura Denooz u waslu sa’ punt il-bogħod 18-19. Iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin sal-intervall biex Depiro daħlu jistrieħu 26-24 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet nieqsa mill-punti fejn wara li Loyola ppareġjaw b’basket ta’ Emma Moore, Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Andrea Mifsud u Antoinette Borg flimkien ma’ basket ta’ Brincat. Is-sessjoni għalqet kif bdiet b’basket ta’ Moore għal skor ta’ 32-30 favur Depiro. F’nofs l-aħħar sessjoni Loyola rnexxielhom imorru minn fuq għall-ewwel darba wara diversi punti minn Christina Grima 36-34. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Brincat u basket ta’ De Martino pero free-throws ta’ Abigail Sciberras ippareġjaw il-partita mill-ġdid 40-40. Fl-aħħar 40 sekonda kien għad hemm parita 43-43 wara trippla ta’ Jean Doughty għal Loyola pero’ Brincat għamlet il-basket finali fl-aħħar attakk tal-logħba u tat ir-rebħa lil Depiro 45-43.

McDonalds Depiro: A. Mifsud 1, G. Mifsud, J. Xuereb, S. Brincat 14, M. Scicluna, M. Mifsud, T. De Martino 3, A. Borg 13, C. Sammut 2, E. Vella, S. Micallef 3, S. De Martino 11.
Alyssa Ashley Loyola : E. Moore 8, C. Grima 14, J. Doughty 7, L. Denooz 4, D. Hollier, K. Tonna, A. Bonnano, J. Mangion, A. Sciberras 4, S.J. Barbara 6.
Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro

Alyssa Ashley Loyola 47
McDonalds Depiro 48
(8-9)(12-9)(17-4)(10-24)

F’partita oħra missielta, Depiro għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 48-47 biex wara li rebħu l-ewwel leg 45-43 għaddew għas-semifinali b’aggregate skor ta’ 93-90. Partita li nbidlet wara l-mistrieħ u kull team seta’ kkwalifika għar-round li jmiss. Depiro għamlu l-ewwel ħames punti tal-partita bi trippla ta’ Samantha Brincat. Huma kabbru l-vantaġġ 9-4 qabel ma Abigail Sciberras u Emma Moore għalqu s-sessjoni għal Loyola 8-9. Fit-tieni sessjoni Loyola dawwru l-iskor favur tagħhomu fis-sitt minuta kienu 14-11 minn fuq. Depiro wieġbu b’run ta’ 7-2 biex reġgħu ħadu l-vantaġġ imma l-aħħar punti tas-sessjoni ġew minn Moore u Christina Grima biex fl-intervall Loyola kienu basket minn fuq 20-18 u f’parita bl-aggregate.
It-tielet sessjoni kienet dominata minn Loyola li approfittaw mid-difiża statika ta’ Depiro. Wara li sar-raba’ minuta kienu 5 minn fuq, Loyola komplew b’run ta’ 11-1 biex fetħu vantaġġ qawwi ta’ 15 –il punt 37-22. Ħafna ħasbu li l-partita ntemmet pero’ Depiro kellhom ħsibijiet oħra u dak li deher impossibli rnexxielhom iwettquh. Steffi De Martino bdiet rimonta bil-freethrows u trippla pero fis-sitt minuta Denise Hollier wieġbet għall-Loyola. Hawn Depiro għamlu run ta’ 14-2 biex reġgħu ħadu vantaġġ ta’ punt 43-43 fl-aħħar minuta. Loyola ppruvaw isalvaw il-partita bil-punti ta’ Abigail Sciberras pero’ free-throws ta’ Brincat u Martina Mifsud taw ir-rebħa lil Depiro 48-47 li ġustament iċċelebraw dan is-suċċess fi tmiem il-partita.

Alyssa Ashley Loyola : E. Moore 12, C. Grima 9, J. Doughty 4, L. Denooz 4, D. Hollier 6, K. Tonna, A. Bonnano, J. Mangion 3, A. Sciberras 9, S.J. Barbara.
McDonalds Depiro: A. Mifsud 5, G. Mifsud, J. Xuereb, S. Brincat 18, M. Scicluna, M. Mifsud 1, T. De Martino, A. Borg 5, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 2, S. De Martino 17.
Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com