McDonalds Depiro jirbħu l-partita prinċipali

Posted By Sportinmalta On January 12, 2011 @ 8:50 am

minn Colin Schembri

Athleta 53 Starlites Sports Experience 22

(10-4)(13-9)(14-9)(16-0)

Athleta kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva u r-raba’ waħda tal-kampjonat meta għelbu lil Starlites Sports Experience 53-22. Il-partita bdiet bil-mod u wara erba’ minuti saru biss żewġ baskets minn Marylou Cutajar għal Starlites. Pero’ fis-sitt minuta Athleta ġew f’tagħhom u għamlu l-10 punti ta’ wara u temmew is-sessjoni 10-4 minn fuq. Freethrows ta’ Kelly Busuttil u basket ta’ Francesca Farrugia fetħu t-tieni sessjoni għall-Athleta. Starlites għamlu tlett baskets konsekuttivi permezz ta’ Lyndsey Pirotta u f’nofs is-sessjoni naqqsu d-distakk għal 3 punti 11-14. Athleta wieġbu bi trippla ta’ Lonnecke Calleja li bih bdew run ta’ 9-2 u fil-mistrieħ kienu 10 punti minn fuq 23-13. Fil-bidu tat-tielet sessjoni kien hemm baskets fuq kull naħa qabel ma Calleja għamlet it-tieni trippla tagħha segwita minn punti ta’ Marusca Azzopardi. Trippla ta’ Lara Pisani għal Starlites ġiet imwieġba b’oħra minn Leanne Sciberras biex fi tmiem is-sessjoni Athleta kienu 37-22 minn fuq. L-aħħar perjodu kien kollu tal-Athleta bi Francesca Farrugia tispikka. Huma ħallew lil Starlites mingħajr l-ebda punt u rebħu l-partita 53-22.

Athleta: R. Spiteri, R. Sciberras, D, Jaeger 1, L. Calleja 7, L. Sciberras 15, M. Azzopardi Duca 5, G. Muscat, D. McKeon 4, C. Galea, F. Farrugia 11, K. Busuttil 9, C. Mifsud 1

Starlites Sports Experience: C. Riolo, A. Grixti 2, S. Tabone, L. Pisani 3, C. Spiteri 1, L. Pirotta 6, N. Attard , M.C. Cilia, C. Scicluna 2, M. Cutajar 8

Referees: Alfred Carbonaro, Robert Darmanin

Alyssa Ashley Loyola 56

Guzelpinar Imtarfa 27

(16-8(18-2)(7-8)(15-9)

Alyssa Ashley Loyola kisbu l-ħames rebħa tal-kampjonat kontra Guzelpinar Imtarfa biex saħħew ir-raba’ post tal-klassifika. Loyola bdew il-partita bil-punti ta’ Christina Grima f’run ta’ 10-3 qabel ma Mtarfa waqqfuhom bi trippla minn Gaby Mifsud. Basket ieħor ta’ Grima u tnejn ta’ SammyJo Barbara raw lil Loyola jtemmu l-perjodu 16-8 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni Loyola għamlu break ta’ 6-0 inkluż trippla ta’ Jean Doughty. Carina Gauchi Meilak għamlet l-uniku basket għall-Imtarfa f’din is-sessjoni għax minn hemm ’il quddiem Loyola għamlu run ta’ 12-0 biex daħlu jistrieħu 34-10 minn fuq. Fit-tielet sessjoni kellhom jgħaddu tliet minuti u nofs biex ġie l-ewwel punt minn freethrow ta’ Adalia Bonanno bl-istess player tagħmel basket żewġ minuti wara. Mtarfa għamlu break qasir ta’ 6-0 biex naqqsu xi ftit id-distakk pero fi tmiem il-perjodu Loyola kienu 41-18 minn fuq. Mtarfa fetħu l-aħħar sessjoni bi trippla ta’ Rachel Sammut. Pero’ Loyola rrispondew b’run oħra ta’ 10-0. Sammut u Mifsud għamlu l-aħħar żewġ baskets ta’ Mtarfa biex Loyola għamlu l-aħħar ħames punti u rebħu l-partita 56-27.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 3, F. Schembri 2, C. Grima 19, D. Hollier Said, R. Spiteri 4, A. Bonanno 5, A. Sciberras 6, F. Camilleri, S.J. Barbara 15, K. Gouder 2.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela, R. Sammut 5, Y. Muscat, D. Falzon, C. Gauchi Meilak 7, M. Agius 4, G. Santillo 4, M. Scicluna, C.M. Vella, G. Mifsud 5, A. Demanuele 2

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly.

St. Andrews 25

Luxol 90

(8-20)(7-19)(5-22)(5-29)

Luxol komplew għaddejin bir-rebħ u telgħu temporanjament fl-ewwel post tal-klassifika u jistennew il-konfront bejn Depiro u Hibs biex jaraw min se jkun magħhom. Luxol kienu mingħajr Mandi Sciortino fil-waqt li l-players tagħhom Kay Portelli u Tina De Martino ingħaqdu ma’ St. Andrews. Minn naħa tagħhom is-Saints kienu mingħajr Nadia Cassar u Elaine Cachia. Luxol ħadu biss 6 sekondi biex kisbu l-ewwel basket u baqgħu sejrin b’run ta’ 10-0 inkluż trippla ta’ Beverlee Zammit. Freethrows ta’ Madeline De Martino fetħu l-punteġġ għal St. Andrews qabel ma Luxol għamlu run oħra ta’ 8-2. St. Andrews komplew telgħin bil-freethrows biex fi tmiem l-ewwel sessjoni kienu 8-20 minn taħt. Sa nofs it-tieni sessjoni kien hemm biss żewġ baskets ta’ Luxol li mbagħad għamlu break ta’ 10-4 inkluża trippla ta’ Steffi De Martino. St. Andrews naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Tina De Martino pero’ eżatt mal-ħorn Zammit kisbet it-tielet trippla tagħha biex Luxol daħlu jistrieħu 39-15 minn fuq. Wara l-mistrieħ Luxol bdew b’run ta’ 10-2 b’diversi baskets ta’ De Martino u ieħor ta’ Diana Muscat. St. Andrews ħadu time-out pero’ Luxol baqgħu jiddominaw u għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 12-2 u marru 41 punt minn fuq 61-20. St. Andrews fetħu l-aħħar perjodu b’basket ta’ Kay Portelli pero’ Luxol għamlu break qawwi ta’ 20-0 b’Paula Ellul tispikka. St. Andrews għalqu l-partita tagħhom b’basket u freethrow ta’ Justine Mangion. Pero’ kien għad fadal ħin għal run oħra ta’ 9-0 minn Luxol li għalquha bi trippla ta’ Emma Moore u rebħu l-partita 90-25.

St. Andrews: M. Caruana, R. De Martino, J. Calleja 4, N. Scicluna, K. Portelli 2, J. Mangion 7, T. De Martino 5, R. Magro 2, M. De Martino 5.

Luxol: E. Moore 5, L. Serge 4, B. Naudi 6, S. De Martino 17, P. Ellul 17, D. Muscat 13, J. Carbonell 8, E. Grech 6, B. Zammit 14

Referees: Alfred Carbonaro, Luke Camilleri.

Hibs Medsea 48

McDonalds Depiro 49

(17-11)(11-10)(6-15)(14-13)

Kif mistenni dan il-konfront bejn tnejn mill-ewwel tliet timijiet tal-klassifika kien missielet u nċert sal-aħħar sekonda. Finalment kienu McDonalds Depiro li rebħu b’distakk ta’ punt 49-48u telgħu f’ras il-klassifika flimkien ma’ Luxol. Għal Depiro din kienet is-seba’ rebħa tal-kampjonat u l-ħdax-il waħda konsekuttiva fil-waqt li taw it-tieni telfa lil Hibs Medsea. Il-partita bdiet b’ritmu baxx bid-difiżi attenti ferm tant li f’nofs l-ewwel sessjoni Depiro kienu punt minn fuq 7-6. Fis-seba’ minuta Hibs bdew run ta’ 11-5 li għalquha bi trippla ta’ Kirsten Baldacchino u fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 17-11. Depiro fetħu t-tieni sessjoni bi trippla ta’ Greta Zarb pero’ Hibs wieġbu permezz ta’ Joselle Cardona, Lucienne Bezzina u Elena Cassar. Svetlana Micallef ħalliet lil Depiro viċin pero’ trippla oħra ta’ Baldacchino tat vantaġġ massimu lil Pawlisti 28-18. Hawn Depiro tilfu momentarjament lil Kaila Agius b’injury pero’ għamlu tliet punti biex daħlu jistrieħu 7 minn taħt 21-28. It-tielet sessjoni Depiro wkoll bdewha mingħajr Agius pero trippli ta’ Sarah Pace u Antoinette Borg f’run deċisiva ta’ 10-2 li rathom imorru punt minn fuq 31-30. Fis-seba’ minuta trippla oħra ta’ Pace kienet imwieġba b’basket ta’ Baldacchino biex fi tmiem is-sessjoni Depiro kienu basket minn fuq 36-34. Fl-aħħar sessjoni Hibs reġgħu marru minn fuq bil-punti tal-captain Bezzina 39-38. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Agius li reġgħet daħlet tilgħab biex fis-seba’ minuta kien hemm parita 43-43. L-aħħar żewġ minuti offrew eċitament kontinwu fejn Depiro marru 5 minn fuq bi trippla ta’ Francesca Biancho u basket ta’ Agius. Fl-aħħar minuta Hibs ippareġjaw bil-freethrows ta’ Bezzina u trippla ta’ Baldacchino. Hibs kellhom iċ-ċans li jmorru minn fuq pero’ Nadia Arrigo falliet żewġ free-throws. Depiro rebħu l-ballun u foul fuq Antoinette Borg ra lill-istess player tagħmel freethrow minn tnejn b’erba’ sekondi fuq l-arloġġ u Depiro rebħu l-konfront 49-48.

Hibs Medsea: E. Cassar 3, M. Zammit, L. Bezzina 11, F. Tabone, D. Micallef 6, N. Arrigo 2, K. Baldacchino 11, J. Cardona 14, C. Schiavone

McDonalds Depiro: S. Pace 8, G. Zarb 4, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett , F. Biancho 6, J. Busuttil Gaerty, A. Borg 11, C. Sammut , E. Vella, S. Micallef 8, K. Agius 12

Referees: Emanuel Mangani, Jean Paul Sammut

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com