McDonalds Depiro u Hibs Medsea fil-finali…

Posted By Sportinmalta On February 15, 2011 @ 11:44 pm

minn Colin Schembri

TAZZA LOUIS BORG NISA

Luxol 55

McDonalds Depiro 58

(23-10)(13-21)(11-17)(8-10)

Hibs vs St. AndrewsHibs vs St. Andrews

Fl-aktar semifinali mistennija tat-tazza Louis Borg tan-nisa, McDonalds Depiro għelbu lil Luxol 58-55 f’partita mil-aktar kumbattuta. Iż-żewġ timijiet ippreżentaw il-formazzjoni tipika tagħhom bil-Luxol jibqgħu bi tmien players wara li Emma Grech għada ma rkupratx u t-Taljana Jessica Carbonell ma dehritx iktar. Luxol kellhom bidu tajjeb nil-punti ta’ Beverlee Zammit u marru 6-0 minn fuq. Ir-risposta ta’ Depiro waslet minn Sarah Pace u Francesca Biancho pero’ trippla minn Steffi De Martino u basket ta’ Diana Muscat ħallew lil Luxol 11-7 minn fuq f’nofs is-sessjoni. Wara trippla ta’ Greta Zarb għal Depiro, Luxol wieġbu b’run ta’ 8-0 bi trippla ta’ Mandi Sciortino u fetħu vantaġġ ta’ 13-il punt 23-10. Depiro bdew ġejjin bil-mod fit-tieni sessjoni u għamlu run ta’ 12-2 mibdija b’żewġ baskets ta’ Edwina Vella u naqqsu d-distakk għal 2 punti 24-26. Emma Moore u Zammit taw ftit tan-nifs lil Luxol pero Kaila Agius kompliet tħalli lil Depiro viċin. Fil-half time il-vantaġġ ta’ Luxol niżel għal ħames punti biss 36-31.

Luxol bdew it-tielet sessjoni bil-punti ta’ De Martino u marru 6 minn fuq 39-33. Pero’ hawn waslet run minn Depiro ta’ 13-2 inkluża trippla ta’ Justine Busuttil Gearty u marru 46-41 minn fuq. Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ fis-seba’ minuta wara trippla oħra ta’ Sciortino 47-46 pero’ freethrows minn Agius raw lil Depiro jtemmu l-perjodu 48-47 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet missielta ferm bil-Luxol jirnexxilhom jerġgħu jieħdu vantaġġ 53-50 pero’ fis-sitt minuta tlifu lil Zammit bil-ħames foul. Depiro reġħu marru fuq quddiem u għal darb’oħra kienet Vella li b’żewġ baskets identiċi minn fuq il-freethrow line tathom il-vantaġġ. Freethrows ta’ De Martino naqqsu d-distakk għal punt fl-aħħar minuta 55-56 pero’ basket ta’ Agius għalaq il-partita u Depiro ħarġu rebbieħa 58-55.

Luxol: E. Moore 7, M. Sciortino 10, L. Serge 3, B. Naudi, S. De Martino 15, P. Ellul, D. Muscat 6, B. Zammit 14.

McDonalds Depiro: S. Pace 3, G. Zarb 9, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho 4, J. Busuttil Gaerty 3, A. Borg 5, C. Sammut, E. Vella 8, S. Micallef, K. Agius 26

Referees: Clive Terribile, Alfred Carbonaro

Hibs Medsea 73

St. Andrews 32

(17-8)(17-8)(17-9)(22-7)

Kif mistenni, Hibs Medsea inagħqdu ma’ Depiro fil-finali tat-tazza Louis Borg, unur li huma rebħu fl-aħħar żewġ staġuni. Huma għelbu lil St. Andrews 73-32. Hibs kellhom l-aħjar bidu fejn bil-punti ta’ Doreen Micallef u Lucienne Bezzina u trippla ta’ Kirsten Baldacchino marru 12-2 minn fuq. St. Andrews wieġbu bil-freethrows ta’ Justine Mangion b’Bezzina tagħmel trippla għal Hibs li temmew is-sessjoni 17-8 minn fuq. St. Andrews fetħu t-tieni perjodu b’basket minn Madeline De Martino pero’ Hibs malajr wieġbu b’run ta’ 10-2 inkluża trippla ta’ Francesca Tabone u Maria Desira. Fil-fatt dawn kienu l-players li qasmu s-sbatax –il punt tal-Hibs f’din is-sessjoni. De Martino kompliet twieġeb għas-Saints u fil-halftime ic-champions kienu 34-16 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Hibs baqgħu iżidu l-vantaġġ wara l-baskets ta’ Nadia Arrigo 46-22 qabel ma’ Josette Calleja wieġbet bi trippla għal St. Andrews. Hawn Hibs għamlu break ta’ 5-0 bi trippla oħra ta’ Baldacchino u basket ta’ Arrigo u temmew is-sessjoni 51-25 minn fuq. Fl-aħħar perjodu reġgħu kienu Hibs li fetħu bil-punti b’Tina De Martino tagħmel three pointer għas-Saints. Hibs wieġbu b’run ta’ 14-2 inklużi 2 trippli oħra ta’ Tabone u ħarġu rebbieħa 73-32.

Hibs Medsea: E. Micallef 2, E. Cassar 2, M. Zammit 2, L. Bezzina 9, F. Tabone 18, M. Desira 13, D. Micallef 8, N. Arrigo 6, K. Baldacchino 6, J. Cardona 7.

St. Andrews: R. De Martino, K. Portelli, J. Calleja 3, N. Scicluna, M. Caruana, J. Mangion 10, T. De Martino 5, I. Galea, M. De Martino 14.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com