Miscela D’Oro Mtarfa jeliminaw lill-holders

Posted By Sportinmalta On March 6, 2012

minn Colin Schembri.

Bank of Valletta Knock Out – Tieni Diviżjoni

Miscela D’Oro Mtarfa 57

Starlites 29

(11-5)(21-9)(14-5)(11-10)

Il-holders Starlites sofrew eleminazzjoni bikrija meta fil-kwarti tal-finali ġew eleminati minn Miscela D’Oro Mtarfa 57-29. Ir-rebħa ta’ Mtarfa għalkemm tista’ titqies bħala sorpriża, kienet meritata hekk kif kienu minn fuq sa’ mill-bidu tal-partita. Mtarfa kienu mingħajr Calvin Calleja u Florin Agius u Starlites irkupraw lil Donovan Deguara. Starlites għamlu l-ewwel basket tal-partita pero’ Mtarfa wieġbu b’run ta’ 6-0. Basket ta’ Francois Bartolo waqqfilhom dan il-break pero’ Mtarfa għamlu 5 punti oħra u temmew is-sessjoni 11-5 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Starlites bdew isibu diffikulta biex jinfdu d-difiża ta’ Mtarfa. Minn naħa l-oħra Mtarfa bdew iżidu l-vantaġġ tagħhom fosthom b’run inizzjali ta’ 12-0 mibdija bi trippla ta’ Joe Vella. Robert Bonnici għamel trippla għal Starlites pero’ Mtarfa wieġbu b’5 punti oħra qabel ma Alex Cutajar għamel żewġ baskets. Jarnis Viibe u Jeffrey Gatt għalqu s-sessjoni għal Mtarfa li daħlu jistrieħu 32-14 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni stennejna r-reazzjoni ta’ Starlites li pero’ ma waslitx għalkemm huma bdew bi tlett baskets ta’ l-aħwa Bonnici. Pero’ Mtarfa għamlu run oħra ta’ 12-0 biex żiedu l-vantaġġ 46-19 fi tmiem il-perjodu. L-aħħar sessjoni kienet bilanċjata għalkemm il-punteġġ kien baxx. Starlites għamlu l-ewwel ħames punti pero’ Mtarfa wieġbu bi trippla ta’ Sean Baldacchino. Huma baqgħu jikkontrollaw il-partita hekk kif Starlites ma taw l-ebda sinjal li jistgħu jirkupraw biex Mtarfa ħarġu rebbieħa 57-29.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 11, J. Attard, D. Schembri 7, J. Vella 4, J. Viibe 21, J. Gatt 12, D. Cini 2.

Starlites: R. Loporto 2, R. Bonnici 7, C.Doublet 2, S. Bonnici 4, A. Cutajar, D. Sultana 2, A. Schembri, D. Deguara, A. Cutajar 6, F. Bartolo 6.

Referees: Luke Camilleri Robert Darmanin

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com