Miscela D’Oro Mtarfa kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Mellieħa

Posted By Sportinmalta On February 2, 2012

minn Colin Schembri.

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Mellieħa 42
Miscela D’Oro Mtarfa 49
(9-17)(11-17)(13-4)(9-11)

Miscela D’Oro Mtarfa kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Mellieħa 49-42. Mtarfa kienu minn fuq tul il-partita kollha b’Mellieħa jkollhom wirja diżappuntanti. Mellieħa għadhom mingħajr Joshua Aquilina li mistenni jidħol fi ftit ġimgħat oħra. Anke Micheal Camilleri kien nieqes fil-waqt li Sean Baldacchino u Alex Psaila kienu nieqsa għal Mtarfa. Mtarfa ma setax kellhom bidu aħjar meta bdew b’run ta’ 9-0 li għalquha bi trippla ta’ Joe Vella. Matthew Cauchi u John Muscat wieġbu għal Mellieħa u wara żewġ baskets oħra ta’ Mtarfa, Oliver Sammut għamel trippla għal Mellieħa. Mtarfa baqgħu fuq quddiem sa tmiem l-ewwel sessjoni 17-9. Fit-tieni perjodu Mtarfa kabbru l-vantaġġ bi break ta’ 6-0 b’Muscat u Cauchi jerġgħu jirrispondu għal Mellieħa. Punti konsekuttivi ta’ Jefreey Gatt u Jarnis Viibe raw lil Mtarfa jiftħu vantaġġ doppju 34-17 qabel ma trippla ta’ Rueben Abela għalqet it-taqsima.

Fit-tielet sessjoni Mellieħa rkupraw sew l-iżvantaġġ li kellhom hekk kif għamlu runs ta’ 6-0 u 7-0. Bejniethom Mtarfa wieġbu b’żewġ baskets ta’ Florian Agius u Calvin Calleja biex xorta baqgħu 5 minn fuq 38-33. Mellieħa naqqsu iktar id-distakk wara punti minn Graham Coleiro pero’ Mtarfa għamlu break ta’ 8-2 biex reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 9 punti 46-37. Minkejja l-isforzi ta’ Mellieħa speċjalment permezz ta’ Muscat, Mtarfa żammew sod biex ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat 49-42.

Mellieħa Tritones: J. Sant, M. Cauchi 11, R. Abela 3, J. Muscat 11, A. Mehmedov 2,  O. Sammut 5, M.B. Anastasi 2, G. Coleiro 8, P. Cauchi.
Miscela D’Oro Mtarfa: C. Calleja 2, J. Viibe 18, J. Attard 3, D. Schembri 4, J. Vella 6,  F. Agius 2, D. Cini 2, J. Gatt 12.

Referees: Steve Gouder, Luke Camilleri.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com