Pavi Depiro jirbħu partita kumbattuta

 

Posted By Sportinmalta On October 22, 2012

minn Colin Schembri
ST. JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

Pavi Depiro 68
Bupa Luxol 57
(14-18)(17-9)(16-13)(21-17)
Pavi Depiro kisbu l-ewwel rebħa fil-kompetizzjoni meta għelbu lil Bupa Luxol 68-57. Għalkemm finalment kien hemm 9 punti jifirdu liż-żewġ timijiet, kien biss lejn it-tmiem li Depiro għamlu ċert mir-rebħa wara sensiela ta’ freethrows. Kienu Luxol li ħadu l-ewwel vantaġġ 8-6 wara l-ewwel 4 minuti. Wara li Adrian Micallef ippareġja l-partita fuq 8-8, Luxol għamlu break ta’ 7-0 bi trippla tal-Amerikan Stephen Shackleford u minkejja li Depiro wieġbu bil-punti ta’ Shawn Morgan u Roderick Vella, Luxol temmew is-sessjoni 18-14 minn fuq wara trippla ta’ CJ Cordina. Luxol baqgħu minn fuq sa’ nofs it-tieni perjodu 23-20 bid-Depiro jieħdu l-vantaġġ wara run ta’ 6-0 26-23. Nikola Vasovic ressaq lil Luxol viċin wara trippla pero’ kienu Depiro li temmew it-taqsima minn fuq wara 3 punti oħra ta’ Micallef 31-27.

Depiro ħarġu aħjar wara l-mistrieħ u wara run ta’ 10-3 fosthom tlett baskets konsekuttivi tal-Amerikan Morgan, huma fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 41-30. Luxol ma ċedewx u trippla minn Shackleford bdietilhom run ta’ 6-0 biex naqqsu d-distakk għal 5 punti 41-36. Morgan u Abraham Portelli wieġbu għal Depiro li fil-bidu tal-aħħar sessjoni kellhom vantaġġ ta’ 7 punti 47-40. Huma reġgħu għamlu break ta’ 6-0 biex marru 13 minn fuq 53-40 biss reġa’ kien Shackleford flimkien ma’ Cordina li wieġbu għal Luxol biex baqgħu viċin tal-avversarji. Żewġ trippli oħra minn Luxol rahom jaslu sa 6 punti ‘l bogħod  54-60 pero’ Depiro għamlu 6 freethrows u basket ta’ Portelli biex serrħu rashom mir-rebħa għalkemm Vasovic għalaq il-partita bi trippla biex Depiro rebħu l-partita 68-57.

Pavi Depiro: R. Vella 6, N. Sultana 9, A. Aquilina 3, A. Portelli 7, D. Agius, A. Micallef 13, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 4, S. Morgan 26.
Bupa Luxol: C.J. Cordina 10, M. Mercieca 9, J. Willoughby, A. Said, S. Shackleford 18, N. Andrejevic, N. Vasovic 17, T. Paris, E. Bonello, J.P. Bonnici 3, S. Capello
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Steve Gouder

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com