Rebħiet kbar għal Luxol u McDonalds Depiro

Posted By Sportinmalta On February 23, 2011 @ 12:09 pm

minn Colin Schembri

KAMPJONAT NISA’

Guzelpinar Imtarfa 43 Luxol 100

(8-23)(14-27)(9-26)(13-24)

Luxol żammew l-ewwel post tal-klassifika wara rebħa faċli kontra Guzelpinar Imtarfa bi skor kbir ta’ 100-43. Luxol kienu mingħajr Beverlee Zammit u Emma Grech fil-waqt li Graziella Santillo u Adriana Demanuele kieni nieqsa għal Imtarfa. Luxol mil-ewwel ħarġu fuq l-offensiva u għamlu run ta’ 8-0 qabel ma Maria Agius wieġbet għal Imtarfa. Wara li kien hemm punti fuq kull naħa, Luxol għamlu run oħra ta’ 9-0 u temmew l-ewwel sessjoni 23-8 minn fuq. Luxol baqgħu jiddominaw il-partita u b’diversi punti ta’ Diana Muscat u Steffi De Martino kienu 38-16 minn fuq f’nofs it-tieni sessjoni. Mtarfa wieġbu bil-baskets ta’ Nicola Said u Gaby Mifsud bil-Luxol jagħlqu s-sessjoni b’run oħra ta’ 12-2 u fil-mistrieħ kienu fil-vantaġġ 50-22. Mtarfa fetħu t-tielet perjodu bi trippla ta’ Said b’Luxol jirrispondu b’run ta’ 14-3. Trippla ta’ Martha Abela waqqfet din ir-run ta’ Luxol pero l-istess Luxol wieġbu bi break ieħor ta’ 12-0 u marru 76-31 minn fuq. Run oħra ta’ 10-0 minn Luxol fetħet l-aħħar perjoduli għaqdu l-mitt punt b’żewġ freethrows ta’ Paula Ellul. Il-partita intemmet b’żewġ baskets ta’ Agius għal Imtarfa biex Luxol ħarġu rebbieħa 100-43.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela 9, M. Azzopardi, M. Agius 12, C. Gauchi Meilak 4, R. Sammut, N. Said 11, F. Borg, M. Scicluna, G. Mifsud 7.

Luxol: E. Moore 12, M. Sciortino 14, L. Serge 12, B. Naudi 9, S. De Martino 19, P. Ellul 8, D. Muscat 26. Referees: Jennifer Mangani, Robert Darmanin.

Hibs Medsea 50 St. Andrews 35

(17-10)(3-10)(16-3)(14-12)

Hibs Medsea għelbu lil St. Andrews 50-35 biex kisbu d-disa’ rebħa tal-kampjonat. Il-partita ħadet svolta differenti wara l-mistrieħ forsi wkoll minħabba l-kesħa li kien hemm fil-padiljun nhar Il-Ġimgħa. Wara tlett minuti u nofs wasal l-ewwel basket minn Lucienne Bezzina għal Hibs. St. Andrews wieġbu bil-punti ta’ Justine Mangion b’Kirsten Baldacchino tagħmel trippla għal Hibs li fetħu vantaġġ ta’ 7 punti fi tmiem is-sessjoni 17-10. It-tieni sessjoni kienet waħda nieqsa mil-punti tant li Hibs fetħu bl-ewwel tlett punti u daqshekk. Minn hemm il-quddiem St. Andrews għamlu run ta’ 10-0 biex b’sorpriża fil-mistrieħ kien hemm parita 20-20. Hibs fetħu t-tielet perjodu b’run ta’ 12-0 li għalquha bi trippla ta’ Elena Cassar. Fid-disa’ minuta waslet ir-risposta ta’ Luxol minn basket ta’ Josette Calleja pero’ Hibs kienu 36-23 minn fuq fi tmiem il-perjodu. Hibs bdew l-aħħar sessjoni bil-punti ta’ Maria Desira għal skor ta’ 44-23. St. Andrews wieġbu bil-baskets ta’ Madeline De Martino u Renette Magro bil-Hibs jagħlqu l-partita bil-punti ta’ Caroline Schiavone u jerbħu l-partita 50-35.

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar 5, M. Zammit, L. Bezzina 14, F. Tabone, M. Desira 8, D. Micallef 7, N. Arrigo 2, J. Cardona 6, C. Schiavone 2.

St. Andrews: R. De Martino, N. Cassar 4, J. Calleja 8, N. Scicluna, R. Magro 6, R. Zammit, J. Mangion 10, T. De Martino, I. Galea, M. De Martino 7.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

McDonalds Depiro 73 Starlites Sports Experience 20

(24-2)(13-8)(21-9)(15-1)

McDonalds Depiro wieġbu għar-rebħa kbira ta’ Luxol b’rebħa kbira kontra Starlites Sports Experience 73-20 biex reġħu laħquhom f’ras il-klassifika. Il-partita fetħet b’basket fuq kull naħa b’Sarah Pace tiftaħ l-iskor għal Depiro u Ariana Grixti twieġeb għal Starlites. Minn hemm il-quddiem kien hemm biss il-punti ta’ Depiro f’run qawwija ta’ 22-0. Hawn kien hemm diversi punti minn Kaila Agius fosthom trippla flimkien ma trippli ta’ Pace u Justine Busuttil Gaerty. Fit-tieni sessjoni r-ritmu baqa’ l-istess għalkemm b’inqas punti. Starlites fetħu b’basket ta’ Marylou Cutajar b’Depiro jwieġbu b’run oħra ta’ 9-0 li bdewha bi trippla ta’ Justine Xuereb. Fil-mistrieħ Depiro kienu 27 punt minn fuq 37-10. Fit-tielet sessjoni Depiro bdew b’run qawwija ta’ 17-0 wara d-dħul ta’ Greta Zarb li kellha diversi punti. Starlites wieġbu b’seba’ punti konsekuttivi ta’ Cutajar biex il-perjodu ntemm bid-Depiro 58-19 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni reġa’ kien hemm break ieħor qawwi minn Depiro ta’ 17-0. Starlites kellhom freethrow biss minn Lyndsey Pirotta u Depiro għalqu l-logħba bi tnejn oħra ta’ Zarb għal skor finali ta’ 73-20.

McDonalds Depiro: S. Pace 13, G. Zarb 13, J. Xuereb 4, A. Mifsud, M. Bonett 4, F. Biancho 2, J. Busuttil Gaerty 5, A. Borg 6, E. Vella 2, S. Micallef 4, K. Agius 20.

Starlites Sports Experience: C. Riolo, A. Grixti 2, S. Tabone, L. Pisani 3, C. Spiteri, L. Pirotta 2, N. Attard 2, M.C. Cilia 2, C. Scicluna, M. Cutajar 11.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Alyssa Ashley Loyola 41 Athleta 50

(13-15)(11-9)(7-10)(10-16)

Athleta pattew għaż-żewġ telfiet li ħadu kontra Alyssa Ashley Loyola matul l-istaġun meta kisbu rebħa ta’ 50-41. Il-partita kienet bilanċjata u l-ebda team ma rnexxielhu jibni xi vantaġġ sostanzjali. Fl-ewwel erba’ minuti Athleta kienu 5-4 minn fuq pero’ Lyola marru fuq quddiem wara trippla ta’ Jean Doughty 13-8. Fl-aħħar minuta u nofs Athleta għamlu run ta’ 7-0 inkluża trippla ta’ Leanne Sciberras biex fetħu distakk ta’ basket 15-13. Athleta kabbru l-vantaġġ għal 5 punti 20-15 sar-raba’ minuta. Loyola għamlu break ta’ 7-0 bil-punti ta’ Sammy Jo Barbara u marru 22-20 minn fuq. Fi tmiem is-sessjoni kien hemm parita ta’ 24 punt kull team. Fit-tielet perjodu l-punti ġew bil-mod għalkemm fil-ħames minuta Athleta reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 32-26. Fl-għaxar minuta Loyola għamlu żewġ baskets u naqqsu d-distakk għal 3 punti 34-31. Fl-aħħar sessjoni trippla ta’ Sciberras kabbret il-vantaġġ ta’ Athleta 37-33. Loyola għamlu sforz u naqqsu d-distakk imma dan ma kinex biżżejjed għax Athleta għalqu l-partita b’run ta’ 9-4 biex ħarġu rebbieħa 50-41.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 5, F. Schembri, M. Gatt, D. Said Hollier 2, R. Spiteri 11, A. Bonanno 4, P. Montanaro, S.J. Barbara 15, K. Gouder 4.

Athleta: L. Calleja, L. Sciberras 13, M. Azzopardi Duca 8, G, Muscat, D.McKeon 10, R. Sciberras, F. Farrugia 8, K. Busuttil 11, C. Mifsud.

Referees: Clive Terribile, Brian Sly.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com