Siġġiewi Derby jikkwalifikaw għar-round li jmiss

Posted By Sportinmalta On March 16, 2011

minn Colin Schembri

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT  L-EWWEL DIVIŻJONI

Depiro Mtarfa 62
Siġġiewi Derby 80
(18-25)(15-16)(14-15)(15-24)

Depiro - Siggiewi Knock Out

Iċ-champions Siġġiewi Derby reġgħu għelbu lil Depiro fi spazju ta’ tlett ijiem 80-62 din id-darba fir-round preliminari tal-Bank of Valletta knock-out. Siġġiewi kellhom nieqes għal darb’oħra lil Adrian Micallef flimkien ma’ Jide Jetson fil-waqt li Jeffrey Gatt u Malcolm Mallia rritornaw għal Depiro. Siġġiewi fetħu bil-punti ta’ Alan Borg fosthom trippla pero’ punti ta’ Isaac Tanti u David Bugeja poġġew lil Depiro 8-5 minn fuq f’nofs is-sessjoni. Siġġiewi dawwru l-iskor bil-punti ta’ Marco Matijevic u fid-disa’ minuta kienu 19-14 minn fuq. Fl-aħħar minuta kien hemm punti fuq kull naħa bis-Siġġiewi jtemmu l-perjodu fuq quddiem 25-18. Fl-ewwel żewġ minuti tat-tieni sessjoni, Depiro għamlu run ta’ 8-0 biex reġgħu marru fuq quddiem 26-25. Hawn Siġġiewi għamlu run ta’ 11-0 li bdewha bi trippla ta’ Peter Shoultsu fis-seba’ minuta kienu 10 minn fuq 36-26. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Jean Paul Schembri pero’ kien hemm oħra ta’ Eman Xuereb għal Siġġiewi u fil-halftime huma kellhom vantaġġ ta’ 8 punti 41-33.

Fit-tielet sessjoni Siġġiewi kabbru d-distakk għal 10 punti b’iktar punti minn Matijevic għalkemm Depiro reġgħu naqqsu d-distakk wara free-throws ta’ Tanti. L-istess players komplew jagħmlu l-punti għat-team tagħhom pero Siġġiewi żammew id-distakk ta’ 9 punti fi tmiem il-perjodu 56-47. Fl-aħħar sessjoni Siġġiewi bdew bi trippla ta’ Borg u bil-mod bdew jinqatgħu mill-avversarji. Huma għalqu l-partita wara run ta’ 12-5 biex ħarġu rebbieħa 80-62.

Depiro: R. Vella 8, J.P. Schembri 7, D. Bugeja 7, A. Aquilina 7, J. Gatt, J. Camilleri, E. Lupo 12, M. Mallia, I.Tanti 21.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 7, K. Borg, J. Doughty, E. Xuereb 9, A. Borg 18, L. Ross 10, M. Matijevic 36.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com