Ta’ fuq jibqgħu għaddejin

Athleta vs Luxol

Posted By Sportinmalta On February 9, 2011 @ 11:54 am

minn Colin Schembri

KAMPJONAT NISA’

Starlites Sports Experience 50
Guzelpinar Imtarfa 44
(14-7)(10-10)(14-13)(12-14)

Il-partita bejn l-aħħar żewġ timijiet tal-klassifika rat lil Starlites Sports Experience jagħmlu double fuq Guzelpinar Imtarfa meta ħarġu rebbieħa 50-44. Kif mistenni l-bidu tal-partita kien kwiet tant li sa nofs is-sessjoni Starlites kienu 4-0 minn fuq wara baskets ta’ Lynsdey Pirotta u Christine Scicluna. Starlites imbgħad għamlu run ta’ 6-1 qabel ma Martha Abela għamlet trippla għal Imtarfa. Starlites għamlu żewġ baskets oħra b’Imtarfa jwieġbu bi trippla oħra ta’ Abela. Starlites kabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni wara three pointer minn Lara Pisani u baskets minn Marylou Cutajar. Fis-sitt minuta Mtarfa bdew run ta’ 7-0 biex naqqsu d-distakk għal 4 punti 17-21. Qabel il-half time Pisani għamlet trippla oħra biex Starlites daħlu jistrieħu 24-17 minn fuq.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni Mtarfa bdew bi trippla ta’ Gaby Mifsud pero Starlites wieġbu bil-punti ta’ Scicluna biex baqgħu 31-22 minn fuq. Hawn wasal l-aħjar mument ta’ Mtarfa li b’run ta’ 8-0 inklużi trippli ta’ Gatt u Mifsud naqqsu d-distakk għal punt 30-31. Starlites wieġbu b’run ta’ 7-0 biex reġgħu ħadu n-nifs u fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 38-30. Fl-aħħar sessjoni l-punti bdew ġejjin bil-mod u sa nofsha saru biss basket minn Cutajar u trippla minn Mifsud. Fl-aħħar erba’ minuti Starlites reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 47-33 u żammewh sad-disa’ minuta . Mtarfa għalqu l-partita b’żewġ baskets pero Starlites ħarġu rebbieħa 50-44.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 1, A. Grixti 5, S. Tabone, L. Pisani 11, C. Spiteri, C. Scicluna, L. Pirotta 4, N. Attard, M.C. Cilia 2, C. Scicluna 11, M. Cutajar 18.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela 12, M. Azzopardi, Y. Muscat, C. Gauchi Meilak 10, R. Sammut, M. Agius, N. Said 7,G. Santillo 4, F. Borg, M. Scicluna, G. Mifsud 11.

Referees: Emanuel Mangani, Robert Darmanin.

Alyssa Ashley Loyola 30

Hibs Medsea 47

(6-15)(5-14)(12-7)(7-11)

Ġimgħa wara l-finali tas-shield, Hibs Medsea reġgħu għelbu lil Alyssa Ashley Loyola din id-darba fil-kampjonat 47-30. Loyola kienu mingħajr Christina Grima fil-waqt li Kirsten Baldacchino kienet nieqsa għal Hibs. Kienu Hibs li fetħu tajjeb b’basket ta’ Lucienne Bezzina u three pointer ta’ Francesca Tabone qabel ma wieġbet Ruth Spiteri għal Loyola. Hibs reġgħu għamlu run ta’ 6-0 qabel ma punti fuq kull naħa għalqu s-sessjoni bil-Hibs 15-6 minn fuq. Il-ftuħ tat-tieni sessjoni kien kollhu tal-Hibs li bdew b’run ta’ 11-0 fl-ewwel sitt minuti b’diversi punti ta’ Bezzina. Fis-seba’ minuta ġiet ir-risposta ta’ Loyola bi trippla ta’ Fiona Schembri pero’ sal-halftime Hibs kienu 18 minn fuq 29-11.

Loyola fetħu t-tielet sessjoni bi break żgħir ta’ 5-0 wara trippla ta’ Francesca Camilleri pero’ Tabone wkoll daħħlet trippla għal Hibs. Il-kumplament tas-sessjoni kien bilanċjat b’baskets fuq kull naħa bil-Hibs jagħlqu s-sessjoni 36-23 minn fuq. L-aħħar sessjoni bdiet bi trippla minn Bezzina u freethrows ta’ Joselle Cardona biex Hibs kabbru l-vantaġġ 41-23. Iż-żewġ timijiet baqgħu jirrispondu lil xulxin sat-tmiem biex Hibs ħarġu rebbieħa 47-30.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 6, F. Schembri 3, A.Heywood, D. Said Hollier 5 , R. Spiteri 4, A. Bonanno 4, F. Camilleri 3, S.J. Barbara 2, K. Gouder 3.

Hibs Medsea: E. Micallef 2, E. Cassar 2, L. Bezzina 14, F. Tabone 6, M. Desira 4, D. Micallef 10, N. Arrigo 4, J. Cardona 4, C. Schiavone 1.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

St. Andrews 39
McDonalds Depiro 67
(6-20)(11-11)(6-22)(16-14)

McDonalds Depiro komplew fit-triq tar-rebħ fil-kampjonat meta għelbu lil St. Andrews 67-39. Depiro kienu mingħajr Greta Zarb pero ġiet lura Christine Sammut. St. Andrews ukoll kellhom players neqsin bħal Nadia Cassar u Elaine Cachia. Depiro fetħu tajjeb bi trippli ta’ Sarah Pace f’run ta’ 10-2. St. Andrews wieġbu bil-baskets ta’ Madeline De Martino u Josette Calleja pero’ Depiro għalqu s-sessjoni b’run oħra ta’ 8-0 biex temmew is-sessjoni 20-6 minn fuq. Fit-tieni perjodu kien hemm bilanċ bejn iż-zewġ timijiet u wara trippla ta’ Calleja għas-Saints, Depiro wieġbu bil-puni ta’ Kaila Agius u Andrea Mifsud. St. Andrews għalqu s-sessjoni bi break żgħir ta’ 6-2 biex Depiro daħlu jistrieħu 31-17 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet dominata minn Depiro li bdewha bi break qawwi ta’ 16-0 b’ħafna punti jaslu minn Antoinette Borg. De Martino waqqfet din ir-run b’basket pero’ Depiro wieġbu b’iktar punti minn Agius, Borg u Maria Bonett u kienu 30 minn fuq 53-23. St. Andrews fetħu l-aħħar perjodu bil-free-throws ta’ Justine Mangion b’Depiro jirrispondu bi trippla ta’ Pace. Calleja kompliet tagħmel il-punti għal St. Andrews pero għad-Depiro wieġbet Bonett u l-aħħar punti ġew minn Tina De Martino għas-Saints u Depiro ħarġu rebbieħa 67-39.

St. Andrews: M. Caruana 2, R. De Martino, J. Calleja 15, N. Scicluna, K. Portelli, J. Mangion 10, T. De Martino 5, R. Magro, M. De Martino 7.

McDonalds Depiro: S. Pace 17, J. Xuereb, A. Mifsud 2, M. Bonett 7, F. Biancho 2, J. Busuttil Gaerty 1, A. Borg 13, C. Sammut 2, E. Vella 4, S. Micallef 4, K. Agius 13.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Athleta 36

Luxol 52
(6-15)(8-8)(16-9)(6-20)

Luxol irkupraw minn ħasda lejn tmiem it-tielet u l-bidu tar-raba’ sessjoni li rathom imorru minn taħt biex finalment għelbu lil Athleta 52-36. Wara li Athleta fetu l-iskor b’basket ta’ Leanne Sciberras, Luxol wieġbu b’run ta’ 10-0 qabel ma Sciberras reġgħet wieġbet għal Athleta. Trippla ta’ Steffi De Martino u basket ta’ Diana Muscat raw lil Luxol ikabbru l-vantaġġ 15-6 fi tmiem is-sessjoni. It-tieni sessjoni kienet deludenti fejn l-ewwel punti ġew minn Emma Moore għal Luxol wara erba’ minuti. Sciberras għamlet trippla għal Athleta pero’ fil-mistrieħ Luxol kienu disa’ minn fuq 23-14.

Fit-tielet sessjoni Luxol bdew jiżbaljaw fl-attakki tagħhom u baskets minn Kelly Busuttil u Lonnecke Calleja ressqu lil Athleta 3 minn taħt 22-25. Basket ta’ Mandi Sciortino waqqaf in-nixfa ta’ Luxol pero freethrows ta’ Sciberras taw vantaġġ lil Athleta bil-Luxol jirkupraw lejn it-tmiem u jtemmu s-sessjoni 32-30 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Athleta l-ewwel ippareġjaw biex fit-tielet minuta basket ta’ Busuttil poġġijhom 34-33 minn fuq. Dan kien l-alarm għal Luxol li mmexija minn De Martino bdew run stupenda ta’ 16-0 li wasslithom sad-disa’ minuta b’vantaġġ ta’ 15-il punt 49-36. Sciberras għamlet l-aħħar basket għal Athelta qabel ma De Martino għalqet il-logħba bi trippla u Luxol ħarġu rebbieħa 52-36.

Athleta: R, Sciberras, L. Calleja 2, L. Sciberras 16, M. Azzopardi Duca 2, G, Muscat, D.McKeon 4, F. Farrugia 3, K. Busuttil 7, C. Mifsud 2.

Luxol: E. Moore 7, M. Sciortino 9, L. Serge, B. Naudi 5, S. De Martino 21, P. Ellul 4, D. Muscat 6, B. Zammit .

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Klassifika Kampjonat Nisa
Team Logħob Rebħ Telf Punti
McDonalds Depiro 10 9 1 19
Luxol 10 9 1 19
Hibs Medsea 10 8 2 18
Alyssa Ashley Loyola 10 5 5 15
Athleta 10 5 5 15
St. Andrews 10 3 7 13
Starlites Sports Experience 10 2 8 12
GuzelPinar Mtarfa 10 0 10 10

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com