Tliet timijiet fil-quċċata

Posted By Sportinmalta On March 6, 2012

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

Luxol 64
McDonalds Depiro 53
(10-15)(23-13)(14-12)(17-13)

Ic-champions Luxol taw l-ewwel telfa fil-kampjonat lil Mc Donalds Depiro 64-53 biex issa fil-klassifika hemm tlett timijiet bl-istess numru ta’ punti. Luxol kienu bl-istess formazzjoni ta’ ħames t’ijiem ilhu. Depiro kellhom lil Edwina Vella mweġġa’ pero rkupraw lil Vontisha Woods fil-waqt li Joe Vella ħa postAdrian Mifsudli kien sospiż. Depiro fetħu bl-aħjar mod possibli, meta fl-ewwel sitt minuti għamlu disa’ punti mingħajr risposta. Luxol wieġbu bi trippli ta’ Beverlee Zammit u Mandi Sciortino biex b’Samantha Brincat u Steffi De Martino jagħmlu l-aħħar punti Depiro temmew is-sessjoni 15-10 minn fuq.  Luxol tjiebu fit-tieni sessjoni u b’żewġ trippli ta’ Sarah Pace ġabu l-iskor indaqs 20-20 wara li Brincat ukoll għamlet trippla. Depiro reġgħu marru minn fuq pero’ Luxol għamlu run ta’ 11-4 bi trippli ta’ Greta Zarb u Robin Murphy u fl-intervall kienu Luxol fil-vantaġġ 33-28.

Depiro naqqsu d-distakk fil-ftuħ tat-tielet sessjoni bil-punti ta’ Brincat u Woods li kellha partita kwieta.  Pace għamlet it-tieni trippla tagħha flimkien ma baskets minn Amelie Paul u Zarb biex Luxol kabbru l-vantaġġ għal 7 punti 47-40. Punti ta’ Sciortino raw id-distakk jikber għal 10 punti pero’ Depiro għamlu run ta’ 9-0 biex waslu punt ‘l bogħod 49-50. Zarb għamlet trippla oħra u għalkemm De Martino wieġbet għal Depiro, fl-aħħar minuta kien hemm sensiela ta’ freethrows minn Luxol permezz ta’ Pace u Zammit biex Luxol ħarġu rebbieħa 64-53.

Luxol: S. Pace 14, M. Sciortino 13, C. Boena Medina, B. Naudi 2, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 14, P. Ellul, R. Murphy 10, D. Muscat 1, A. Paul 2, B. Zammit 8.

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud,J. Xuereb, S. Brincat 23, V. Woods 3, F. Biancho 3, T. De Martino, A. Borg 4, C. Sammut, M. Mifsud, S. Micallef 3, S. De Martino 17.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>

Gallery
Subsribe to our Newsletter:
Contact Us:
Depiro Basketball Club,
Mtarfa Gymnasium,
Mtarfa, Malta
Telephone: +356 21453544
Mobile: +356 99DEPIRO / 99337476
Email: info@depirobc.com