December 7, 2021

Depiro jippreżentaw il-kits il-ġodda

Basketball: Depiro preżentaw kits ġodda għal dan l-istaġun bħalha parti minn proċess ta’ branding ġdid li l-klabb jinsab għaddej minnu.

Matul is-sajf, il-klabb ġedded il-kuntratt tal-kowċis James Bamfield u Rueben Baldacchino li jieħdu ħsieb it-tim tal-irġiel u tan-nisa.

It-tim tal-irġiel kompla ssaħħaħ bl-akkwisti tal-plejers Amerikani Alex Oriahki, Corey Henderson, Tyrin Quan Atwood u ta’ Finley Porter minn Wales.

Il-President ta’ Depiro Philip Attard qal li l-klabb tiegħu għandu Storja kbira fil-basketball lokali u li dan l-istaġun se jkunu qed jikkompetu bis-sħiħ għall-aqwa unuri lokali li joffri l-istaġun.

Copyright DepiroBC © 2021 All rights reserved. | Newsphere by AF themes.